This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TO0480
Order of the General Court (Sixth Chamber) of 11 April 2011.#Département du Gers v European Commission.#Action for annulment - Environment and protection of human health - Genetically modified food and feed - No individual concern -Inadmissibility.#Case T-480/10.
Digriet tal-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) tal-11 ta' April 2011.
Département du Gers vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Prodotti tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament modifikati - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà.
Kawża T-480/10.
Digriet tal-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) tal-11 ta' April 2011.
Département du Gers vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Prodotti tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament modifikati - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà.
Kawża T-480/10.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:153
Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ April 2011 – Département du Gers vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-480/10)
“Rikors għal annullament – Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – Prodotti tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament modifikati – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali li jinkludu qamħirrum ġenetikament modifikat (OĠM) - Rikors ippreżentat minn awtorità reġjonali ta’ Stat Membru bbażat fuq il-konsegwenzi tal-att fuq it-territorju tagħha - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1829/2003) (ara l-punti 16, 17, 21, 25, 29, 37, 38, 44)
2. Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Rikors ippreżentat minn entità reġjonali intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni diretta lejn Stat Membru - Rikorrent mhux individwalment ikkonċernat - Ksur tal-imsemmi prinċipju - Assenza (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, Artikoli 267 TFUE u 277 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 40-42)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/426/UE, tat-28 ta’ Lulju 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11xGA21 (SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9), jew li jikkonsistu minnu jew huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, p. 36). |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d’Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d’Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais. |