Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TO0001

    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Marzu 2010.
    SNF SAS vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).
    Proċeduri għal miżuri provviżorji - REACH - Identifikazzjoni tal-akrilamidu bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza.
    Kawża T-1/10 R.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:128





    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 – SNF vs ECHA

    (Kawża T-1/10 R)

    “Proċeduri għal miżuri provviżorji – REACH – Identifikazzjoni tal-akrilamidu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”

    1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21-24)

    2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 47, 48, 66, 67)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li tidentifika l-akrilamidu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna allegatament adottata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) fis-7 ta’ Diċembru 2009 skont l‑Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l‑awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d‑Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1-850)

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top