Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0540

    Kawża T-540/10: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Novembru 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/48


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-540/10)

    ()

    2011/C 30/87

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    Ir-Renju ta’ Spanja jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha

    tannulla d-Deċiżjoni C(2010) 6154, tat-13 ta’ Settembru 2010, li permezz tagħha l-Kummissjoni naqqset l-għajnuna allokata mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-fażijiet ta’ proġett

    “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Medda Lleida-Martorell (Pjattaforma). Medda IX-A” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.005)

    “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Medda Lleida-Martorell (Pjattaforma). Medda X-B (Avinyonet del Penedés-Sant Sadurní d’Anoia)” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.008)

    “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Tramo Lleida-Martorell (Pjattaforma). Medda XI-A y XI-B (Sant Sadurni d’Anoia-Gelida)” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.009) u

    “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Medda Lleida-Martorell (Plataforma). Medda IX-C” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.010

    sussidjarjament, f’dak li jikkonċerna l-korrezzjonijiet applikati għall-emendi li jirriżultaw mill-qbiż tal-limiti tal-ħoss (medda IX-A), tal-emenda tal-PGOU (pjan ġenerali ta’ amministrazzjoni urbana) tal-muniċipalità ta’ Santa Oliva (medda IX-A) u tad-differenzi tal-kundizzjonijiet ġeotekniċi (meded X-B, XI-A, XI-B u IX-C), tannulla parzjalment id-deċiżjoni sa fejn tnaqqas l-ammont tal-korrezzjoni ta’ EUR 2 348 201,96.

    fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz tad-deċiżjoni meħuda, il-Kummissjoni naqqset l-għajnuna inizjalment allokata mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-fażijiet ta’ proġetti msemmija iktar ’il fuq minħabba li twettqu xi irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi.

    Skont ir-Renju ta’ Spanja, id-deċiżjoni għandha tiġi annullata għat-tliet motivi segwenti:

    (a)

    Ksur tal-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 (1), peress li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni tagħha mingħajr ma osservat it-terminu ta’ tliet xhur wara s-seduta li kienet ġiet konvokata għaliha.

    (b)

    Ksur tal-Artikolu 20(2)(f) tad-Direttiva 93/38 (2), peress li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat din id-dispożizzjoni sa fejn l-għoti ta’ prestazzjonijiet addizzjonali huwa operazzjoni differenti mill-emenda ta’ kuntratt li qed jiġi implementat prevista mil-leġiżlazzjoni Spanjola dwar il-kuntratti pubbliċi, b’mod li din l-emenda ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/38.

    (c)

    Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 20(2)(f) tad-Direttiva 93/38 sa fejn il-kundizzjonijiet kollha li jippermettu lill-awtoritajiet Spanjoli li jaġġudikaw, wara l-proċedura nnegozzjata mingħajr reklamar, ix-xogħlijiet addizzjonali li saru fl-erba’ fażijiet tal-proġett affettwati mill-korrezzjonijiet kienu sodisfatti.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9).

    (2)  Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194).


    Top