Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0452

    Kawża T-452/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Settembru 2011 — ClientEarth vs Il-Kunsill ( Rikors għal annullament — Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz — Inammissibbiltà manifesta )

    ĠU C 319, 29.10.2011, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 319/22


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2011 — ClientEarth vs Il-Kunsill

    (Kawża T-452/10) (1)

    (Rikors għal annullament - Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz - Inammissibbiltà manifesta)

    2011/C 319/47

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Hockman, QC, u P. Kirch, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Fekete u B. Driessen, aġenti)

    Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Vang u S. Juul Jørgensen, aġenti); Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u M. Pere, aġenti); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: K. Petkovska, A. Falk, S. Johannesson u C. Meyer-Seitz, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għall-opinjoni mogħtija mis-servizz legali tal-Kunsill tal-Unjoni (dokument Nru 6865/09) dwar abbozz ta’ emendi tal-Parlament Ewropew għall-proposta tal-Kummissjoni dwar regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    (2)

    ClientEarth hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (3)

    Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 328, 4.12.2010.


    Top