Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0373

Kawżi magħquda T-373/10, T-374/10, T-382/10 u T-402/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — Villeroy & Boch Austria et vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijaku tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni ta’ żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva — Ksur uniku — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Prova — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Non-retroattività — Terminu raġonevoli” )

Information about publishing Official Journal not found, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Information about publishing Official Journal not found, p. 22–23 (HR)

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Villeroy & Boch Austria et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-373/10, T-374/10, T-382/10 u T-402/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijaku tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni ta’ żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva - Ksur uniku - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Prova - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Non-retroattività - Terminu raġonevoli)

2013/C 325/40

Lingwi tal-kawża: il-Ġermaniż, il-Franċiż u l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Villeroy & Boch Austria GmbH (Mondsee, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Reidlinger, S. Dethof, M. Klusmann u K. Blau-Hansen, avukati) (Kawża T-373/10); Villeroy & Boch AG (Mettlach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Klusmann, avukat, S. Thomas, professur) (Kawża T-374/10); Villeroy et Boch SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. Philippe, K. Blau-Hansen, avukati, u A. Villette, solicitor) (Kawża T-382/10); u Villeroy & Boch — Belgium (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer, J. Blockx u N. Lorjé, avukati) (Kawża T-402/10)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-373/10, inizjalment minn F. Castillo de la Torre, R. Sauer, F. Ronkes Agerbeek u A. Antoniadis, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, R. Sauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn G. van der Wal u M. van Heezik, avukati; fil-Kawża T-374/10, minn A. Antoniadis, R. Sauer u F. Ronkes Agerbeek; fil-Kawża T-382/10, minn F. Castillo de la Torre, F. Ronkes Agerbeek u N. von Lingen, aġenti, assistiti minn G. van der Wal u M. van Heezik; u, fil-Kawża T-402/10, F. Castillo de la Torre, F. Ronkes Agerbeek, assistiti minn G. van der Wal u M. van Heezik)

Suġġett

Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom.

Dispożittiv

(1)

Fil-Kawżi T-373/10, T-382/10 u T-402/10, ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Fil-Kawża T-374/10, l-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huwa annullat sa fejn fih hemm ikkonstatat li Villeroy & Boch AG ipparteċipat f’akkordju fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Awstrija qabel it-12 ta’ Ottubru 1994.

(3)

Fil-Kawża T-374/10, ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.

(4)

Villeroy & Boch Austria GmbH, Villeroy et Boch SAS u Villeroy & Boch — Belgium għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-373/10, T-382/10 u T-402/10.

(5)

Villeroy & Boch AG għandha tbati seba’ partijiet minn tmienja tal-ispejjeż tagħha u seba’ partijiet minn tmienja tal-ispejjeż tal-Kummissjoni fil-Kawża T-374/10.

(6)

Il-Kummissjoni għandha tbati parti minn tmienja tal-ispejjeż tagħha u parti minn tmienja tal-ispejjeż ta’ Villeroy & Boch AG fil-Kawża T-374/10.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


Top