Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0368

    Kawża T-368/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — Rubinetteria Cisal vs Il-Kummisjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijakk tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Kunċett ta’ ksur — Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-2002 — Kooperazzjoni — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Assenza ta’ kapaċità kontributtiva” )

    Information about publishing Official Journal not found, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    Information about publishing Official Journal not found, p. 22–22 (HR)

    9.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 325/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Rubinetteria Cisal vs Il-Kummisjoni

    (Kawża T-368/10) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijakk tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Kunċett ta’ ksur - Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-2002 - Kooperazzjoni - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Assenza ta’ kapaċità kontributtiva)

    2013/C 325/39

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Rubinetteria Cisal SpA (Alzo Frazione di Pella, l-Italja) (rappreżentant: M. Pinnarò u P. Santer, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u L. Malferrari, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Talba bil-għan, prinċipalment, tal-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju) sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa impost fuqha.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Ir-Rubinetteria Cisal SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


    Top