Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0232

    Kawża T-232/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Settembru 2011 — Couture Tech vs UASI (Rappreżentazzjoni tal-emblema Sovjetika) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta l-emblema Sovjetika — Raġuni assoluta għal rifjut — Trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità — Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 )

    ĠU C 319, 29.10.2011, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 319/18


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2011 — Couture Tech vs UASI (Rappreżentazzjoni tal-emblema Sovjetika)

    (Kawża T-232/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta l-emblema Sovjetika - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità - Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2011/C 319/37

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Couture Tech Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: B. Whyatt, barrister)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1509/2008-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta l-emblema Sovjetika bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Couture Tech Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 195, 17.07.2010.


    Top