This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TA0230
Case T-230/10: Judgment of the General Court of 6 March 2012 — Spain v Commission (EAGGF — Guarantee Section — Expenditure excluded from financing — Fruit and vegetables — Obligation to justify expenditure — Conditions for recognition of producer organisations)
Kawża T-230/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Marzu 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni ( “FAEGG — Sezzjoni ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament — Frott u ħxejjex — Obbligu ta’ ġustifikazzjoni tal-infiq — Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi” )
Kawża T-230/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Marzu 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni ( “FAEGG — Sezzjoni ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament — Frott u ħxejjex — Obbligu ta’ ġustifikazzjoni tal-infiq — Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi” )
ĠU C 118, 21.4.2012, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-230/10) (1)
(FAEGG - Sezzjoni ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament - Frott u ħxejjex - Obbligu ta’ ġustifikazzjoni tal-infiq - Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi)
2012/C 118/40
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Muñoz Pérez u A. Rubio González, abogados del Estado, sussegwentement A. Rubio González)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/152/UE, tal-11 ta’ Marzu 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 63, P. 7), sa fejn din teskludi ċertu nfiq li sar mir-Renju ta’ Spanja fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |