Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0169

    Kawża T-169/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Mejju 2012 — Grupo Osborne vs UASI — Industria Licorera Quezalteca (TORO XL) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO XL — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti XL — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni” )

    ĠU C 200, 7.7.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 200/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — Grupo Osborne vs UASI — Industria Licorera Quezalteca (TORO XL)

    (Kawża T-169/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO XL - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti XL - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni)

    2012/C 200/22

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentanti: J.M. Iglesias Monravá, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Industria Licorera Quezalteca, SA (Quetzal Tenango, il-Gwatemala)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2012 (Każ R 223/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Industria Licorera Quezalteca, SA u Grupo Osborne, SA.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta’ Jannar 2012 (Każ R 223/2009-2), hija annullata.

    (2)

    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 148, 5.6.2010


    Top