Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0159

Kawża T-159/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ April 2011 — Air France vs UASI (Forma ta’ parallelogramm) ( “Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta forma ta’ parallelogramm — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 160, 28.5.2011, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Air France vs UASI (Forma ta’ parallelogramm)

(Kawża T-159/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta forma ta’ parallelogramm - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 160/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti:Kumpannija Air France (Roissy-en-France, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1018/2009-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrapreżenta forma ta’ parallelogramm bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-kumpannija Air France hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 19.6.2010.


Top