Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0103

    Kawża F-103/10: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Ottubru 2010 — Stephan Jaeger vs FEACVT

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/64


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2010 — Stephan Jaeger vs FEACVT

    (Kawża F-103/10)

    ()

    2011/C 30/126

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Stephan Jaeger (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

    Konvenuta: Fondation européenne pour l’amélioration des conditions de vie et de travail (FEACVT)

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    Annullament tal-istqarrija ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u l-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni stabbiliti wara l-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-adattament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri tal-persunal oħra fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009 tat-23 ta’ Diċembru 2009.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjonijet tal-FEACVT dwar l-istabbiliment tal-istqarrijiet ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni tiegħu wara l-1 ta’ Jannar 2010;

    jikkundanna lill-FEACVT tħallas lir-rikorrent l-arretrati tar-remunerazzjoni, flimkien mal-interessi moratorji;

    jikkundanna lill-FEACVT għall-ispejjeż.


    Top