This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0041
Case F-41/10: Action brought on 7 June 2010 — Bermejo Garde v EESC
Kawża F-41/10: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ġunju 2010 — Bermejo Garde vs KESE
Kawża F-41/10: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ġunju 2010 — Bermejo Garde vs KESE
ĠU C 209, 31.7.2010, p. 55–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/55 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2010 — Bermejo Garde vs KESE
(Kawża F-41/10)
()
2010/C 209/88
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Moises Bermejo Garde (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Suġġett
Annullament ta’ diversi deċiżjonijiet li jtemmu l-funzjonijiet tar-rikorrent bħala Kap ta’ Diviżjoni tad-Dipartiment Legali b’effett immedjat, u li jittrasferuh għad-Direttorat tal-Loġistika u li jirrifjutaw it-talba formali tiegħu għal assistenza kif ukoll it-talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-KESE Nru 88/10 A, tat-3 ta’ Marzu 2010 li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrent fis-7 ta’ Diċembru 2009 u li tiddeċiedi li jiġi trasferit; |
— |
jannulla l-addendum tad-deċiżjoni Nru 88/10 tal-25 ta’ Marzu 2010; |
— |
jannulla d-deċiżjoni Nru 133/10 A tal-24 ta’ Marzu 2010 dwar it-tmiem tal-funzjonijiet tar-rikorrent bħala Kap ta’ Diviżjoni tad-Dipartiment Legali b’effett immedjat u dwar it-trasferiment tiegħu bħala Kap ta’ Diviżjoni u bil-post tiegħu fi ħdan dipartiment ieħor sa mis-6 ta’ April 2010; |
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-KESE Nru 184/10 A tat-13 ta’ April 2010 li tittrasferixxi lir-rikorrent għad-Direttorat tal-Loġistika, fejn din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tas-6 ta’ April 2010; |
— |
jalloka d-danni; |
— |
jikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż. |