Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FB0108

Kawża F-108/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 25 ta’ Lulju 2011 — Filice et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Servizz pubbliku — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri oħra tal-persunal — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

ĠU C 138, 12.5.2012, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/30


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Lulju 2011 — Filice et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-108/10) (1)

(Servizz pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri oħra tal-persunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2012/C 138/67)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Filice et (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F. Spitaleri, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. V. Placco, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta, riprodotti fid-dikjarazzjonijiet tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti, li jillimitaw l-aġġustament tal-pagi tagħhom, b’effett minn Lulju 2009, għal żieda ta’ 1,85 % fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri oħra tal-persunal fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Dispożittiv tad-digriet

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-108/10, Filice et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011, p. 65.


Top