This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CO0496
Order of the Court (Sixth Chamber) of 19 January 2012. # Criminal proceedings against Aldo Patriciello. # Reference for a preliminary ruling: Giudice di Pace di Venafro - Italy. # Article 104(3), first subparagraph of the Rules of Procedure - Member of the European Parliament - Protocol on Privileges and Immunities - Article 8 - Criminal proceedings for the offence of insulting behaviour - Statements made outside the precincts of the European Parliament - Definition of expression of an opinion in the performance of parliamentary duties - Immunity - Conditions. # Case C-496/10.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tad-19 ta' Jannar 2012.
Proċedura kriminali kontra Aldo Patriciello.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Giudice di Pace di Venafro - l-Italja.
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Membru tal-Parlament Ewropew - Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet - Artikolu 8 - Proċeduri kriminali għar-reat ta' inġurja - Dikjarazzjonijiet imwettqa barra mill-bini tal-Parlament - Kunċett ta' "opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari" - Immunità - Kundizzjonijiet.
Kawża C-496/10.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tad-19 ta' Jannar 2012.
Proċedura kriminali kontra Aldo Patriciello.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Giudice di Pace di Venafro - l-Italja.
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Membru tal-Parlament Ewropew - Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet - Artikolu 8 - Proċeduri kriminali għar-reat ta' inġurja - Dikjarazzjonijiet imwettqa barra mill-bini tal-Parlament - Kunċett ta' "opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari" - Immunità - Kundizzjonijiet.
Kawża C-496/10.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:24
*A9* Ufficio del Giudice di Pace di Venafro, sentenza del 18/09/2010 (R G 20/2009)
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Aldo Patriciello
(Kawża C‑496/10)
“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Membru tal-Parlament Ewropew — Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet — Artikolu 8 — Proċeduri kriminali għar-reat ta’ inġurja — Dikjarazzjonijiet magħmula barra mill-bini tal-Parlament — Kunċett ta’ ‘opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari’ — Immunità — Kundizzjonijiet”
Privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea — Membri tal-Parlament Ewropew — Immunità għall-opinjonijiet espressi u l-voti mitfugħa fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom — Kunċett ta’ opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet — Applikazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja mibdija kontra membru tal-Parlament -Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali adita (Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 8) (ara l-punti 15-17, 19 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Ufficio del Giudice di Pace di Venafro — Interpretazzjoni tal-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 1967 152, p. 13) — Membru tal-Parlament Ewropew li fil-konfront tiegħu qed jiġi attribwit reat ta’ inġurja wara li għamel akkuża falza fil-konfront ta’ rappreżentant tal-forzi tal-ordni — Kunċett ta’ opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari? |
Dispożittiv
L-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattati UE, FUE u KEFA, għandu jiġi interpretat fis-sens li dikjarazzjoni magħmula minn Deputat Ewropew barra mill-Parlament Ewropew, li wasslet għal proċeduri kriminali fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu għar-reat ta’ inġurja, tikkostitwixxi opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari li tibbenefika mill-immunità prevista f’din id-dispożizzjoni biss meta din id-dikjarazzjoni tikkorrispondi għal evalwazzjoni suġġettiva li għandha rabta diretta u evidenti mal-qadi ta’ tali dmirijiet. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex sodisfatti fil-kawża prinċipali.