EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CO0020

Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Novembru 2010.
Vino Cosimo Damiano vs Poste Italiane SpA.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunale di Trani - l-Italja.
Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżoli 3 u 8 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta' xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - L-ewwel jew l-uniku kuntratt - Obbligu li jiġu indikati r-raġunijiet oġġettivi - Tħassir - Tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni mogħti lill-ħaddiema - Prinċipju ta' nondiskriminazzjoni - Artikoli 82 KE u 86 KE.
Kawża C-20/10.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2010:677





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 – Vino vs Poste Italiane

(Kawża C‑20/10)

“Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Klawżoli 3 u 8 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat – Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku – L-ewwel jew l-uniku kuntratt – Obbligu li jiġu indikati r-raġunijiet oġġettivi – Tħassir – Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni tal-ħaddiema – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Artikoli 82 KE u 86 KE”

1.                     Politika soċjali - Ftehim Qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Direttiva 1999/70 - Projbizzjoni ta’ tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni tal-ħaddiema fil-qasam kopert mill-imsemmi ftehim (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżola 8(3)) (ara l-punt 48)

2.                     Politika soċjali - Ftehim Qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Direttiva 1999/70 - Kamp ta’ applikazzjoni - Differenza ta’ trattament bejn ċerti kategoriji ta’ ħaddiema għal żmien determinat - Esklużjoni (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżola 4) (ara l-punti 55-57)

3.                     Domandi preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Limiti - Ftehim Qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Direttiva 1999/70 - Suġġett - Iffissar tal-prinċipji ġenerali u tal-obbligi minimi li jirrigwardaw ċerti aspetti limitati tal-kuntratti għal żmien determinat - Nuqqas ta’ armonizzazzjoni tat-totalità tar-regoli nazzjonali dwar il-kuntratti għal żmien determinat (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 50, 54, 63-65)

4.                     Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv - Portata tal-obbligu fil-qasam tal-kompetizzjoni (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 76, 77, 79)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale di Trani - Interpretazzjoni tal-klawżoli 3 u 8(3) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) - Kompatibbiltà ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi fl-ordinament ġuridiku nazzjonali klawżola li ma tispeċifikax ir-raġuni tal-impjieg għal żmien determinat għall-impjieg ta’ ħaddiema fi ħdan SpA Poste Italiane.

Dispożitiv

1)

Il-klawżola 8(3) tal-ftehim-qafas fuq ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jidher fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li liġi nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368 dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (decreto legislativo n. 368, attuazione della direttiva 1999/70/CE relativa all’accordo quadro sul lavoro a tempo determinato concluso dall’UNICE, dal CEEP e dal CES), tas-6 ta’ Settembru 2001, li, b’differenza mis-sistema legali applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet, tippermetti lil impriża, bħal Poste Italiane SpA, tikkonkludi, permezz tal-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet, kuntratt ta’ xogħol ewlieni u uniku għal żmien determinat ma’ ħaddiem, bħal C. Vino, mingħajr ma jkollha tindika r-raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw li ntuża kuntratt konkluż għal dan it-tul ta’ żmien, peress li din il-leġiżlazzjoni ma hijiex marbuta mal-implementazzjoni ta’ dan il-ftehim qafas. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li l-għan ta’ din il-leġiżlazzjoni ma ħaqqux protezzjoni li hija mill-inqas ekwivalenti għall-protezzjoni tal-ħaddiem għal żmien determinat prevista mill-imsemmi ftehim qafas.

2)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għar-raba’ domanda magħmula mit-Tribunale di Trani (l-Italja).

3)

Il-ħames domanda preliminari mressqa mit-Tribunal di Trani hija manifestament inammissibbli.

Top