This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0508
Case C-508/10: Action brought on 25 October 2010 — European Commission v Kingdom of the Netherlands
Kawża C-508/10: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
Kawża C-508/10: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
ĠU C 30, 29.1.2011, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/14 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-508/10)
()
2011/C 30/23
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u R. Troosters, delegati)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
Talbiet
— |
tikkonstata li billi talab il-ħlas ta’ taxxi għoljin u inġusti miċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u mill-membri tal-familja tagħhom li jixtiequ l-istatus ta’ resident għal żmien twil, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 2003/109/KE (1) u, għaldaqstant, l-obbligi imposti fuqu mill-Artikolu 258 TFUE. |
— |
tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tikkunsidra li ammont, skont il-każ, ta’ bejn EUR 201 u 839 għall-ipproċessar ta’ talba għall-istatus ta’ resident għal żmien twil hija sproporzjonata meta mqabbla mal-ammont ta’ EUR 30 li għandhom iħallsu ċ-ċittadini tal-Unjoni għall-għoti ta’ permess ta’ residenza. Għaldaqstant, tali proċedura ma tistax titqies li hija “ġusta”. Il-Kummissjoni ssostni li taxxi daqsekk għoljin — irrispettivament minn jekk jirriflettux jew le l-ispejjeż attwali sostnuti — jistgħu jikkostitwixxu “mezz biex ifixklu l-eżerċizzju tad-dritt tar-residenza”, fis-sens tal-premessa 10 tad-Direttiva, u għalhekk jistgħu jiskoraġġixxu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom mid-Direttiva. Il-Kummissjoni tipproduċi bħala prova l-ilmenti li ċ-ċittadini ressqu quddiemha f’dan il-qasam.
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).