Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0506

Kawża C-506/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Waldshut-Tiengen — Landwirtschaftsgericht (il-Ġermanja) fil- 21 ta’ Ottubru 2010 — Rico Graf u Rudolf Engel vs Landratsamt Waldshut — Landwirtschaftsamt

ĠU C 30, 29.1.2011, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Waldshut-Tiengen — Landwirtschaftsgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ottubru 2010 — Rico Graf u Rudolf Engel vs Landratsamt Waldshut — Landwirtschaftsamt

(Kawża C-506/10)

()

2011/C 30/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgerichts Waldshut-Tiengen — Landwirtschaftsgericht.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rico Graf u Rudolf Engel

Konvenut: Landratsamt Waldshut — Landwirtschaftsamt.

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1)(a) tal-liġi tal-Land ta’ Baden-Württemberg li timplementa l-liġi dwar it-tranżazzjonijiet fuq proprjetà immobbli u l-liġi dwar il-kirjiet agrikoli [Baden-Württembergisches Ausführungsgesetz zum Grundstücksverkehrsgesetz und zum Landpachtverkehrsgesetz (Gesetzblatt, p. 85)], fil-verżjoni tagħha tal-21 ta’ Frar 2006, huwa konformi mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) ?


(1)  ĠU 2002, L 114, p. 6.


Top