Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0387

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tad-29 ta' Settembru 2011.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika ta' l-Awstrija.
    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tikkonċerna l-fondi ta' investiment u l-fondi ta' investiment immobbiljari - Prova dwar id-dħul ikkunsidrat bħala mqassam - Prova fornita mill-intermedjarju ta' rappreżentant fiskali - Stabbilimenti ta' kreditu u fiduċjarji ekonomiċi 'nazzjonali' li għandhom il-kwalità ta' rappreżentant fiskali.
    Kawża C-387/10.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:625





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 – Il-Kummissjoni vs L-Awstrija

    (Kawża C-387/10)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tikkonċerna l-fondi ta’ investiment u l-fondi ta’ investiment immobiljari – Prova tad-dħul ikkunsidrat bħala mqassam – Prova prodotta permezz ta’ rappreżentant fiskali – Stabbilimenti ta’ kreditu u fiduċjarji ekonomiċi ‘nazzjonali’ li għandhom il-kwalità ta’ rappreżentant fiskali”

    Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita r-rappreżentazzjoni fiskali ta’ fondi tal-investiment u ta’ fondi immobiljari għall-istabbilimenti ta’ kreditu nazzjonali u għall-fiduċjarji ekonomiċi nazzjonali - Inammissibbiltà - Ġustifikazzjoni fuq il-bażi tal-interess ġenerali - Assenza (Artikolu 49 KE; Ftehim ŻEE, Artikolu 36) (ara l-punti 25, 31-34 u d-dispożittiv)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 49 KE u tal-Artikolu 36 tal-Ftehim, tat-2 ta’ Mejju 1992, dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3) - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tillimita r-rappreżentazzjoni fiskali ta’ fondi tal-investiment u ta’ fondi immobbiljari għat-trustees u l-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti f’dan l-Istat.

    Dispożittiv

    1)

    Billi adottat u żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet li permezz tagħhom l-istabbilimenti ta’ kreditu nazzjonali u l-fiduċjarji ekonomiċi nazzjonali biss jistgħu jkunu maħtura bħala rappreżentanti fiskali ta’ fondi ta’ investiment jew fondi ta’ investiment immobbiljari, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 KE u l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

    2)

    Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top