This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CJ0337
Judgment of the Court (Fifth Chamber), 3 May 2012.#Georg Neidel v Stadt Frankfurt am Main.#Reference for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Frankfurt am Main.#Social policy — Directive 2003/88/EC — Working conditions — Organisation of working time — Right to paid annual leave — Allowance in lieu in the event of sickness — Public servants (firemen).#Case C-337/10.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012.
Georg Neidel vs Stadt Frankfurt am Main.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main.
Politika soċjali — Direttiva 2003/88/KE — Kundizzjonijiet tax-xogħol — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal leave annwali mħallas — Kumpens finanzjarju f’każ ta’ mard — Uffiċjali (pompieri).
Kawża C-337/10.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Mejju 2012.
Georg Neidel vs Stadt Frankfurt am Main.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main.
Politika soċjali — Direttiva 2003/88/KE — Kundizzjonijiet tax-xogħol — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal leave annwali mħallas — Kumpens finanzjarju f’każ ta’ mard — Uffiċjali (pompieri).
Kawża C-337/10.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:263
*A9* Verwaltungsgericht Frankfurt am Main, Beschluss vom 25/06/2010 (9 K 836/10.F)
- Zeitschrift für Beamtenrecht 2011 p.66-69
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
3 ta’ Mejju 2012 ( *1 )
“Politika soċjali — Direttiva 2003/88/KE — Kundizzjonijiet tax-xogħol — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal leave annwali mħallas — Kumpens finanzjarju f’każ ta’ mard — Uffiċjali (pompieri)”
Fil-Kawża C-337/10,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE mressqa minn Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-25 ta’ Ġunju 2010, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Lulju 2010, fil-proċedura
Georg Neidel
vs
Stadt Frankfurt am Main,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn M. Safjan, President tal-Awla, E. Levits (Relatur) u A. Borg Barthet, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,
Reġistratur: A. Impellizzeri, amministratur,
wara li rat proċedimenti bil-miktub wara s-seduta tat-8 ta’ Marzu 2012,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Georg Neidel, minn K. Schmidt-Strunk, Rechtsanwalt, |
— |
għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Daniż, minn C. Vang, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Russo, avvocato dello Stato, |
— |
għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Ossowski, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Kreuschitz u M. van Beek, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn G. Neidel u min kien iħaddmu preċedentement, l-iStadt Frankfurt am Main (il-belt ta’ Frankfurt Am Main), dwar id-dritt tal-persuna kkonċernata sabiex tibbenefika minn kumpens finanzjarju għal leave annwali mħallas li ma kienx ħa, meta telaq għall-irtirar tiegħu. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
3 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/88, intitolat “Għan u skop”, jipprovdi: “1. Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol. 2. Din id-Diretiva tapplika għal:
[…] 3. Din id-Direttiva għandha tapplika għas-setturi kollha ta’ l-attività, kemm pubblika u wkoll privata, fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/391/KEE [tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349)], mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14, 17, 18 u 19 ta’ din id-Direttiva. […]” |
4 |
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 intitolata “Leave annwali”, jaqra kif ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal-leave annwali bil-ħlas ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika. 2. Il-perjodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.” |
5 |
L-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva, intitolat “Disposizzjonijiet l-aktar favorevoli”, jgħid: “Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li japplikaw jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi aktar favorevoli għal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta’ ħaddiema jew li jiffaċilitaw jew jippermettu l-applikazzjoni ta’ ftehim kollettiv jew ta’ ftehim oħrajn konklużi bejn iż-żewġ naħat ta’ l-industrija li huma aktar favorevoli għal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.” |
6 |
L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/88 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Madankollu, ma hija permessa ebda deroga fir-rigward l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva. |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
7 |
Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Land ta’ Hessen (Hessisches Beamtengesetz) jipprovdu fl-Artikolu 106 tagħhom li l-uffiċjali għandhom id-dritt għal leave annwali mħallas kontinwu tar-remunerazzjoni tagħhom. |
8 |
L-Artikolu 50(1) ta’ dawn ir-regolamenti jgħid: “L-uffiċjali għandhom jirtiraw fl-aħħar tax-xahar li fih ikunu jilħqu l-età ta’ 65 sena (limitu ta’ età).” Għall-uffiċjali fil-korp tal-pompieri, il-limitu ta’ età huwa stabbilit għal 60 sena minflok 65 sena. |
9 |
Skont il-punt 4 tal-Artikolu 21 tal-Liġi dwar ir-regolamenti tal-persunal fil-Länder (Beamtenstatusgesetz), l-irtirar jittermina l-istatus ta’ uffiċjal. |
10 |
Ir-regolament tal-Land ta’ Hessen dwar il-leave annwali, (Hessische Urlaubsverordnung, iktar ’il quddiem l-“HUrlVO”), jispeċifika kemm il-bidu u t-tmiem tas-sena ta’ referenza kif ukoll il-ħolqien u t-tmien tad-dritt għal-leave annwali. |
11 |
L-Artikolu 8(1) tal-HUrlVO jipprovdi: “[…] Meta l-persuna kkonċernata titlef l-istatus ta’ uffiċjal minħabba l-fatt li tkun laħqet l-età legali tal-irtirar, id-dritt tagħha għal-leave għandu jkun ugwali għal 6/12 tad-dritt annwali meta dan it-telf iseħħ fl-ewwel nofs tas-sena ta’ referenza u għad-dritt annwali kollu meta dan iseħħ fit-tieni nofs tas-sena.” |
12 |
L-Artikolu 9 tal-HUrlVO intitolat “Tqassim tal-leave matul is-sena u leave ttrasferit għas-sena ta’ wara”, huwa, fil-paragrafu 2, redatt kif ġej: “Il-leave għandu bħala regola jittieħed matul is-sena li fiha jingħata. L-uffiċjal jitlef id-dritt tiegħu għal-leave li ma jittiħidx fiż-żmien 9 xhur wara tmiem dik is-sena.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
13 |
G. Neidel, imwieled fit-2 ta’ Awwissu 1949, beda jaħdem fid-dipartimenti tal-iStadt Frankfurt am Main fl-1970. Huwa okkupa l-karigi ta’ pompier, wara dawk ta’ pompier prinċipali. Huwa bbenefika mir-Regolamenti tal-Persunal. |
14 |
Mit-12 ta’ Ġunju, 2007, G. Neidel sab ruħu f’stat ta’ inkapaċità għax-xogħol għar-raġuni medika. Fl-aħħar tax-xaħar ta’ Awwissu 2009, mas-60 sena, huwa irtira u minn dakinhar beda jirċievi pensjoni fix-xahar li tammonta għal EUR 2 463.24. |
15 |
Minħabba l-fatt li l-perijodu normali ta’ ġimgħa ta’ xogħol tal-pompieri impjegati mal-iStadt Frankfurt am Main ma jikkorrispondix għal ġimgħa ta’ 5 ijiem ta’ xogħol, G. Neidel kien intitolat għal 26 ġurnata leave għal kull sena mill-2007 sa 2009. Barra minn hekk, huwa bbenefika minn leave ta’ kumpens, ikkalkulat f’siegħat, fir-rigward ta’ festi pubbliċi li jaqgħu, matul is-sena kalendarja inkwistjoni, f’ġurnata normalment ta’ xogħol. |
16 |
Fid-dawl ta’ dan ir-regolament, il-partijiet fil-kawża prinċipali jikkunsidraw li G. Neidel kellu d-dritt, fit-total, għal leave ta’ 31 ġurnata fl-2007, 35 ġurnata fl-2008 u 34 ġurnata fl-2009. Minn dan il-leave, ir-rikorrent ħa biss 14-il ġurnata fis-sena 2007. Għalhekk kien baqagħlu dritt għal-leave li ma ttieħidx ta’ 86 ġurnata, li jikkorrispondu għall-ammont ta’ EUR 16 821.60 gross. |
17 |
It-talba ta’ G. Neidel intiża biex kumpens finanzjarju għal-leave mhux meħud ta’ dan l-ammont jitħallas lilu ġiet miċħuda b’deċiżjoni tal-iStadt Frankfurt am Main fuq il-bażi li d-dritt tas-servizz pubbliku Ġermaniż ma jipprovdix ħlas ta’ ġranet ta’ leave mhux meħuda. Skont l-iStadt Frankfurt am Main, l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 ma japplikax għall-uffiċjali. Hija targumenta wkoll li l-irtirar ma jaqax taħt il-kunċett ta “tmiem ta’ relazzjoni ta’ impjieg” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
18 |
Peress illi l-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main, adita minn G. Neidel b’rikors kontra din id-deċiżjoni, kellha dubji dwar il-fondatezza tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad Direttiva 2003/88 imressqa mill-iStadt Frankfurt am Main, hija ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
19 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7 tad Direttiva 2003/88/KE japplika għall-uffiċjal li jeżerċita attivitajiet ta’ pompier f’kundizzjonijiet normali. |
20 |
F’dan ir-rigward għandu jiġi qabelxejn imfakkar li, skont l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/88, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/391, li għalih jirreferi, l-imsemmija direttivi japplikaw għall-oqsma kollha ta’ attività, privati jew pubbliċi, sabiex jippromwovu t-titjib tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol u sabiex jirregolaw ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tagħhom. |
21 |
Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 89/391 għandu jiġi meqjus b’mod wiesa’, b’mod li l-eċċezzjonijiet għal dan il-kamp ta’ applikazzjoni, previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2(2) tiegħu, għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-3 ta’ Ottubru 2000, Simap, C-303/98, Ġabra p. I-7963, punti 34 u 35, kif ukoll tat-12 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Spanja, C-132/04, punt 22). Fil-fatt, l-imsemmija eċċezzjonijiet ġew adottati biss sabiex jiggarantixxu l-funzjonament tajjeb tas-servizzi indispensabbli għall-protezzjoni tas-sigurtà, tas-saħħa kif ukoll tal-ordni pubbliku fil-każ ta’ ċirkustanzi ta’ gravità u ta’ skala eċċezzjonali (sentenza tal-5 ta’ Ottubru 2004, Pfeiffer et, C-397/01 sa C-403/01, Ġabra p. I-8835, punt 55, u digriet tas-7 ta’ April 2011, May, C-519/09, Ġabra p. I-2761, punt 19). |
22 |
Peress li l-ebda waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi ma hija rilevanti għal dak li jikkonċerna uffiċjal li jsib ruħu fis-sitwazzjoni bħalma huwa r-rikorrent fil-kawża prinċipali, l-attività ta’ tali impjegat taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88 (ara, f’dan is-sens, digriet tal-14 ta’ Lulju 2005, Personalrat der Feuerwehr Hamburg, C-52/04, Ġabra p. I-7111, punti 57 sa 59). |
23 |
Għandu mbagħad jitfakkar, li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ “ħaddiem” fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE għandu portata awtonoma u ma għandux jiġi interpretat b’mod restrittiv. Għandha titqies li hija “ħaddiem” kull persuna li teżerċita attivitajiet reali u effettivi, bl-esklużjoni ta’ attivitajiet daqshekk żgħar li jkunu purament marġinali u aċċessorji. Il-karatteristika tar-relazzjoni ta’ impjieg hija, skont din il-ġurisprudenza, il-fatt li għal ċertu żmien, persuna twettaq favur persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha, servizzi inkunsiderazzjoni ta’ remunerazzjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-3 ta’ Lulju 1986, Lawrie-Blum, 66/85, Ġabra p. 2121, punti 16 u 17; tat-23 ta’ Marzu 2004, Collins, C-138/02, Ġabra p. I-2703, punt 26, u tas-7 ta’ Settembru 2004, Trojani, C-456/02, Ġabra p. I-7573, punt 15). |
24 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni tar-rinviju ma tagħti l-ebda indikazzjoni li tqajjem xi dubji fir-rigward tal-fatt li r-relazzjoni tal-impjieg bejn G. Neidel u min iħaddmu, l-iStadt Frankfurt am Main, kellha xi karatteristiċi ta’ relazzjoni ta’ impjieg imsemmija fil-punt 23 tal-imsemmija sentenza. |
25 |
Fl-aħħar nett, għandu jiġi ppreċiżat li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fin-nuqqas totali ta’ distinzjoni fil-klawżola ta’ eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 45(4) TFUE, li tikkonċerna l-impjieg fl-amministrazzjoni pubblika, huwa irrilevanti jekk ħaddiem huwiex ingaġġat bħala ħaddiem, impjegat jew uffiċjal, jew saħansitra jekk ir-rabta ta’ impjieg tiegħu tirriżultax mid-dritt pubbliku jew mid-dritt privat. Fil-fatt, dawn il-kwalifiki legali fil-fatt ivarjaw skont il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u għaldaqstant ma jistgħux jipprovdu kriterju ta’ interpretazzjoni approprjat għar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenza tat-12 ta’ Frar 1974, Sotgiu, 152/73, Ġabra p. 153, punt 5). |
26 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal uffiċjal li jeżerċita attivitajiet ta’ pompier f’kundizzjonijiet normali. |
Fuq ir-raba’ domanda
27 |
Bir-raba’ domanda tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li uffiċjal huwa intitolat, meta jirtira, għal kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas li ma jkunx ittieħed minħabba l-fatt li hu ma eżerċitax il-funzjonijiet tiegħu minħabba mard. |
28 |
F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi mfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, dispożizzjoni li fir-rigward tagħha din id-direttiva ma tippermettix deroga, kull ħaddiem għandu jibbenefika minn leave annwali mħallas ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat. Dan id-dritt għal-leave annwali mħallas, li skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiġi kkunsidrat bħala prinċipju ta’ dritt soċjali tal-Unjoni li għandu importanza partikolari, huwa għaldaqstant mogħti lil kull ħaddiem (ara s-sentenza tal-20 ta’ Jannar 2009, Schultz-Hoff et, C-350/06 u C-520/06, Ġabra p. I-179, punt 54). Dan il-kunċett ta’ “ħaddiem” japplika, kif ġie ddikjarat fir-risposta għall-ewwel domanda, lil uffiċjal bħalma huwa r-rikorrent fil-kawża prinċipali. |
29 |
Meta r-relazzjoni ta’ xogħol tispiċċa, it-teħid effettiv tal-leave annwali mħallas ma huwiex iktar possibbli. Sabiex jiġi evitat li, minħabba din l-impossibbiltà, kull tgawdija mill-ħaddiem ta’ dan id-dritt, anki taħt forma ta’ flus, tkun eskluża, l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/08 jipprevedi li l-ħaddiem għandu dritt għal pagament ta’ benefiċċju bħala kumpens (sentenza Schultz-Hoff et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 56). |
30 |
Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jipprevedu li, mat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg, ebda pagament ta’ benefiċċju bħala kumpens ta’ leave annwali mħallas mhux meħud ma jitħallas lill-ħaddiem li kien bil-leave tal-mard matul il-perijodu ta’ referenza kollu jew parti minnu u/jew perijodu għall-ġarr tal-leave kollu jew parti minnu, raġuni li għaliha huwa ma setax jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas (sentenza Schultz-Hoff et, punt 62). |
31 |
F’dan il-każ, peress illi l-irtirar ta’ uffiċjal itemm ir-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu, id-dritt nazzjonali jipprevedi wkoll, kif ġie rrilevat fil-punt 9 ta’ din is-sentenza, it-telf għal dak li jikkonċernah, tar-rwol ta’ uffiċjal. |
32 |
Konsegwentement, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li uffiċjal huwa intitolat, meta jirtira, għal kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas li ma jkunx ittieħed minħabba l-fatt li hu ma eżerċitax il-funzjonijiet tiegħu minħabba mard. |
Fuq it-tieni, it-tielet u s-sitt domanda
33 |
Permezz ta’ dawn id-domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jagħtu d-drittijiet lill-uffiċjali għal-leave addizzjonali mħallas, flimkien mad-dritt għal-leave minimu annwali mħallas ta’ erba’ ġimgħat mingħajr ma jkun ipprovdut il-ħlas ta’ kumpens finanzjarju meta l-uffiċjali li jkun ser jirtira ma kienx seta’ jibbenefika minn dawn id-drittijiet addizzjonali minħabba l-fatt li hu ma eżerċitax il-funzjonijiet tiegħu minħabba mard. |
34 |
F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-Direttiva 2003/88 ma tipprekludix dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jipprovdu dritt għal-leave annwali mħallas, għal perijodu li jkun itwal minn erba’ ġimgħat, mogħti taħt il-kundizzjonijiet ta’ ksib u ta’ għoti stabbiliti mill-istess dritt nazzjonali (sentenza tal-24 ta’ Jannar 2012, Dominguez, C-282/10, punt 47) |
35 |
Fil-fatt, mill-kliem tal-Artikoli 1(1) u (2)(a), 7(1) u 15 tad-Direttiva 2003/88 jirriżulta b’mod espliċitu li l-għan ta’ din tal-aħħar huwa limitat għall-iffissar ta’ rekwiżiti minimi tas-sigurtà u tas-saħħa fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol li ma jippreġudikawx il-fakultà tal-Istati Membri li japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu iktar favorevoli għall-protezzjoni tal-ħaddiema (sentenza Dominguez, iċċitata iktar ’il fuq, punt 48). |
36 |
Għaldaqstant, bħalma l-Istati Membri jistgħu jipprovdu, skont l-oriġini tal-assenza tal-ħaddiem li jkun bil-leave tal-mard, għal perijodu ta’ leave annwali mħallas li jkun itwal jew ugwali għall-perijodu minimu ta’ erba’ ġimgħat iggarantit mid-Direttiva 2003/88 (sentenza Dominguez, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50), hija r-responsabbiltà tagħhom, min-naħa, li jiddeċiedu jekk għandhomx jagħtu lill-uffiċjali drittijiet għal-leave addizzjonali mħallas li għandhom jiżdied mad-dritt għal-leave minimu annwali mħallas ta’ erba’ ġimgħat, billi jipprovdu jew le dritt, għall-uffiċjali li jkun ser jirtira, għal kumpens finanzjarju jekk dan tal-aħħar ma setax jibbenefika minn dawn id-drittijiet addizzjonali minħabba li ma eżerċitax il-funzjonijiet tiegħu minħabba mard, u, min-naħa l-oħra, li jiddeterminaw l-kundizzjonijiet ta’ dan l-għoti. |
37 |
Minn dan isegwi li r-risposta għat-tieni, it-tielet u s-sitt domandi għandha tkun li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jagħtu lill-uffiċjal id-drittijiet għal-leave addizzjonali mħallas, li jiżdiedu mad-dritt għal-leave minimu annwali mħallas ta’ erba’ ġimgħat mingħajr ma jkun ipprovdut il-ħlas ta’ kumpens finanzjarju meta l-uffiċjal li jkun ser jirtira ma kienx seta’ jibbenefika minn dawn id-drittijiet addizzjonali minħabba l-fatt li hu ma eżerċitax il-funzjonijiet tiegħu minħabba mard. |
Fuq il-ħames domanda
38 |
Bil-ħames domanda tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tillimita, għal perijodu ta’ trasferiment ta’ disa’ xhur li warajhom id-dritt għal-leave annwali mħallas jintilef, id-dritt tal-uffiċjal li jkun ser jirtira, li jakkumula kumpensi finanzjarji għal-leave annwali mħallas li ma jkunx ittieħed minħabba inkapaċità għax-xogħol. |
39 |
F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi qabelxejn ikkonstatat li fis-sentenza tagħha tat-22 ta’ Novembru 2011, KHS (C-214/10 Ġabra p. I-11757, punt 35), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li permezz tal-perijodu ta’ trasferiment li lil hinn minnu d-dritt ta’ leave annwali mħallas jista’ jintilef fil-każ li jiġu akkumulati drittijiet tal-leave mħallas, għandu jiġi evalwat, fid-dawl tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, jekk dan il-perijodu jistax b’mod raġjonevoli jiġi kklassifikat bħala perijodu li lil hinn minnu d-dritt ta’ leave annwali mħallas, jitlef l-effett pożittiv tiegħu għall-ħaddiem fil-kwalità tiegħu ta’ żmien ta’ mistrieħ. |
40 |
F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li d-dritt għal perijodu ta’ leave annwali mħallas, fil-kwalità tiegħu ta’ dritt soċjali tal-Unjoni, igawdi mhux biss importanza partikolari, iżda huwa wkoll espressament stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li lilu l-Artikolu 6(1) TUE jirrikonoxxi l-istess saħħa legali bħat-Trattati (sentenza KHS, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37). |
41 |
Minn dan isegwi li, sabiex jiġi rrispettat dan id-dritt li l-għan tiegħu huwa l-protezzjoni tal-ħaddiem, kull perijodu ta’ trasferiment tal-leave għandu jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom jinsab il-ħaddiem li huwa inkapaċi biex jaħdem għal diversi perijodi ta’ referenza konsekuttivi. B’hekk, l-imsemmi perijodu għandu b’mod partikolari jiżgura li l-ħaddiem ikun jista’ jiddisponi, jekk ikun hemm bżonn, minn perijodi ta’ mistrieħ li jistgħu jkunu mifruxa, ippjanati minn qabel u disponibbli għal tul itwal ta’ żmien u jkunu sostanzjalment itwal mit-tul tal-perijodu ta’ referenza li għalih ingħata (sentenza KHS, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38). |
42 |
Issa, fil-kawża prinċipali, il-perijodu ta’ trasferiment tal-leave speċifikat fl-Artikolu 9(2), tal-HUrlVO huwa ta’ disa’ xhur, jiġifieri tul iqsar minn dak tal-perijodu ta’ trasferiment tal-leave li huwa marbut miegħu. |
43 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ħames domanda għandha tkun li l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tillimita, permezz ta’ perijodu ta’ trasferiment ta’ disa’ xhur li ladarba jiskadi d-dritt għal-leave annwali mħallas jintemm, id-dritt għal uffiċjal li jkun ser jirtira, li jakkumula kumpensi għal-leave annwali mħallas li ma jkunx ittieħed minħabba inkapaċità għax-xogħol. |
Fuq l-ispejjeż
44 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.