Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0319

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba' Awla) tal-10 ta' Novembru 2011.
    X (C-319/10) vs Inspecteur van de Belastingsdienst / Y u X BV (C-320/10) vs Inspecteur van de Belastingdienst P.
    Talbiet għal deċiżjoni preliminari: Rechtbank Haarlem - il-Pajjizi l-Baxxi.
    Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Laħam tat-tiġieġ dissussat, iffriżat u mmellaħ - Validità u interpretazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 535/94, Nru 1832/2002, Nru 1871/2003, Nru 2344/2003 u Nru 1810/2004 - Nota addizzjonali 7 għall-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Magħquda - Deċiżjoni tal-Korp ta' Riżoluzzjoni ta' Tilwim tad-WTO - Effetti legali.
    Każijiet Magħquda C-319/10 u C-320/10.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:720





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 – X vs Inspecteur van de Belastingdienst/Y u X BV vs Inspecteur van de Belastingdienst P

    (Kawżi magħquda C-319/10 u C-320/10)

    “Tariffa Doganali Komuni – Nomenklatura Magħquda – Klassifikazzjoni tariffarja – Laħam tat-tiġieġ iddissussat, iffriżat u mmellaħ – Validità u interpretazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 535/94, Nru 1832/2002, Nru 1871/2003, Nru 2344/2003 u Nru 1810/2004 – Nota addizzjonali 7 għall-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Magħquda – Deċiżjoni tal-Korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim tad-WTO – Effetti legali”


    1.                     Ftehim internazzjonali - Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Interpretazzjoni u evalwazzjoni tal-validità tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fid-dawl tal-ftehim tad-WTO - Esklużjoni - Eċċezzjonijiet - Att intiż li jiżgura l-eżekuzzjoni ta’ obbligu partikolari assunt fil-kuntest tad-WTO - Riferiment espliċitu għal dispożizzjonijiet preċiżi tal-imsemmija ftehim (ara l-punt 35)

    2.                     Ftehim internazzjonali - Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ - Deċiżjoni tal-Korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim tad-WTO li tikkonstata in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli materjali tal-imsemmija ftehim - Impossibbiltà li jiġu invokati l-imsemmijin ftehim jew l-imsemmija deċiżjoni sabiex tiġi kkontestata l-legalità ta’ att tal-Unjoni (ara l-punti 36, 37)

    3.                     Tariffa Doganali Komuni - Intestaturi tariffarji - Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda - Nota addizzjonali 7 tal-Kapitolu 2 li tikkonċerna l-intestatura 0210 - Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ jew fis-salmura - Interpretazzjoni tal-imsemmija nota fid-dawl ta’ deċiżjoni tal-Korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim tad-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fuq l‑interpretazzjoni tal-kelma “immellaħ” - Kundizzjonijiet (Regolament tal‑Kunsill Nru 2658/87, Anness I; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1810/2004) (ara l-punti 40-42, 44)

    4.                     Tariffa Doganali Komuni - Intestaturi tariffarji - Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda - Nota addizzjonali 7 tal-Kapitolu 2 li jikkonċerna l-intestatura 0210 - Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ jew fis-salmura - Interpretazzjoni u evalwazzjoni tal-validità tal-imsemmija nota fid-dawl ta’ deċiżjoni tal-Korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim tad-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fuq l-interpretazzjoni tal-kelma “immellaħ” - Deċiżjoni sussegwenti għad-dikjarazzjonijiet ta’ tqegħid f’ċirkulazzjoni libera tal-merkanzija kkonċernata - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1810/2004) (ara l-punt 51 u d-dispożittiv 1)

    5.                     Tariffa Doganali Komuni - Intestaturi tariffarji - Laħam u ġewwieni li jittiekel immellaħ - Klassifikazzjoni taħt l-intestatura 0210 tan‑Nomenklatura Magħquda - Kundizzjonijiet - Laħam li ġie mmellaħ bil‑għan ta’ bidla fin-natura tiegħu, irrispettivament mill-kontenut ta’ melħ ta’ inqas minn 1.2 % - Kundizzjoni mhux prevista mil-leġiżlazzjoni applikabbli - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1810/2004) (ara l-punti 54-60)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari - Rechtbank Haarlem - Interpretazzjoni u validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/94, tad-9 ta’ Marzu 1994, li jemenda l‑Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 68, p. 15), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002, li jemenda l-Anness I tar Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, p. 1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1871/2003, tat-23 ta’ Ottubru 2003, li jemenda l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal‑Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 493) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2344/2003, tat-30 ta’ Diċembru 2003, li jemenda l-Anness I tar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in nomenklatura tat-tariffi u l-istatisika u dwar it-Tariffa Dognanali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 15, p. 231) - Biċċiet tat tiġieġ, iddissussati, iffriżati u mmellħa - Klassifikazzjoni tariffarja.

    Dispożittiv

    F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fihom id‑dikjarazzjonijiet doganali għat-tqegħid f’ċirkulazzjoni libera ġew magħmula qabel is-27 ta’ Settembru 2005, la huwa possibbli li tiġi invokata d-deċiżjoni tal‑Korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), tas-27 ta’ Settembru 2005, li tadotta rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO (WT/DS269/AB/R, WT/DS286/AB/R) u żewġ rapporti tal-Grupp Speċjali tad‑WTO (WT/DS269/R u WT/DS286/R), kif emendati bir-rapport tal-Korp tal‑Appell, fil‑kuntest tal-interpretazzjoni tan-nota addizzjonali 7 tal-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Maqgħuda, stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, u lanqas fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-validità ta’ din in-nota addizzjonali.

    Top