This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CB0521
Case C-521/10 P: Order of the Court of 22 June 2011 — Grúas Abril Asistencia, SL v European Commission (Appeal — Article 119 of the Rules of Procedure — Alleged infringements of the provisions of European Union law relating to competition — Application seeking to require the Commission to initiate proceedings against a Member State for failure to fulfil obligations)
Kawża C-521/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 22 ta’ Ġunju 2011 — Grúas Abril Asistencia, SL vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Allegat ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni — Talba intiża sabiex il-Kummissjoni tibda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra Stat Membru)
Kawża C-521/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 22 ta’ Ġunju 2011 — Grúas Abril Asistencia, SL vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Allegat ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni — Talba intiża sabiex il-Kummissjoni tibda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra Stat Membru)
ĠU C 340, 19.11.2011, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/5 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 2011 — Grúas Abril Asistencia, SL vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-521/10 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Allegat ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni - Talba intiża sabiex il-Kummissjoni tibda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra Stat Membru)
2011/C 340/09
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Grúas Abril Asistencia, SL (rappreżentant: R. García García, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u F. Castilla Contreras, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Awwissu 2010, Grúas Abril Asistencia vs Il-Kummissjoni (T-386/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Awwissu 2009 li biha informat lir-rikorrenti li l-fatti li fir-rigward tagħhom hija ressqet ilment quddiemha ma jippermettux li jiġi konkluż ksur tal-Artikoli 81 KE, 82 KE u 86 KE u li ma hija ser tieħu ebda azzjoni fir-rigward tal-ilment tagħha.
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Grúas Abril Asistencia, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż. |