Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0556

    Kawża C-556/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 28 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport — Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji — Direttiva 91/440/KEE — Artikolu 6(3) u Anness II — Direttiva 2001/14/KE — Artikoli 4(2) u 14(2) — Amministratur tal-infrastruttura — Indipendenza organizzattiva u deċiżjonali — Struttura ta’ kumpannija holding — Direttiva 2001/14 — Artikoli 7(3) u 8(1) — Stabbiliment ta’ tariffi fuq il-bażi ta’ spejjeż diretti — Impożizzjoni ta’ tariffi — Spejjeż diretti — Spejjeż totali — Direttiva 2001/14 — Artikolu 6(2) — Nuqqas ta’ miżuri ta’ inċentiv għat-tnaqqis tal-ispejjeż — Direttiva 91/440 — Artikolu 10(7) — Direttiva 2001/14 — Artikolu 30(4) — Korp regolatorju — Kompetenzi)

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-556/10) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji - Direttiva 91/440/KEE - Artikolu 6(3) u Anness II - Direttiva 2001/14/KE - Artikoli 4(2) u 14(2) - Amministratur tal-infrastruttura - Indipendenza organizzattiva u deċiżjonali - Struttura ta’ kumpannija holding - Direttiva 2001/14 - Artikoli 7(3) u 8(1) - Stabbiliment ta’ tariffi fuq il-bażi ta’ spejjeż diretti - Impożizzjoni ta’ tariffi - Spejjeż diretti - Spejjeż totali - Direttiva 2001/14 - Artikolu 6(2) - Nuqqas ta’ miżuri ta’ inċentiv għat-tnaqqis tal-ispejjeż - Direttiva 91/440 - Artikolu 10(7) - Direttiva 2001/14 - Artikolu 30(4) - Korp regolatorju - Kompetenzi)

    2013/C 114/07

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u H. Støvlbæk, agenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller, N. Graf Vitzthum, aġenti u R. Van der Hout, avukati)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Očková u T. Müller, aġenti), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 6(3) u mal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), kif ukoll mal-Artikoli 2, 6(2), 7(3), 8(1), 14(2) u 30(4) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404)

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (3)

    Ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 38, 05.02.2011.


    Top