EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0543

Kawża C-543/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Refcomp SpA vs Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Interpretazzjoni tal-Artikolu 23 — Klawżola ta’ ġurisdizzjoni li tinsab f’kuntratt konkluż bejn il-produttur u x-xerrej inizjali ta’ beni — Kuntratt li jagħmel parti minn sensiela ta’ kuntratti li jagħtu titolu ta’ proprjetà — Possibbiltà li din il-klawżola tiġi invokata kontra s-subakkwirent tal-beni)

ĠU C 108, 13.4.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Refcomp SpA vs Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA

(Kawża C-543/10) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Interpretazzjoni tal-Artikolu 23 - Klawżola ta’ ġurisdizzjoni li tinsab f’kuntratt konkluż bejn il-produttur u x-xerrej inizjali ta’ beni - Kuntratt li jagħmel parti minn sensiela ta’ kuntratti li jagħtu titolu ta’ proprjetà - Possibbiltà li din il-klawżola tiġi invokata kontra s-subakkwirent tal-beni)

2013/C 108/02

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Refcomp SpA

Konvenuti: Axa Corporate Solutions Assurance SA, Axa France IARD, Emerson Network, Climaveneta SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1) u 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam kuntrattwali — Kawża bejn is-subakkwirent ta’ oġġett u l-manifattur tiegħu — Portata tal-klawżola ta’ ġurisdizzjoni fi ħdan sensiela Komunitarja ta’ kuntratti

Dispożittiv

L-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola ta’ ġurisdizzjoni miftehma fil-kuntratt konkluż bejn il-produttur ta’ prodott u x-xerrej ta’ dan ma tistax tiġi opponuta mis-subakkwirent terz li, minħabba suċċessjoni ta’ kuntratti li jagħtu titolu ta’ proprjetà konklużi bejn partijiet stabbiliti fi Stati Membri differenti, kiseb dan il-prodott u jrid iressaq kawża għad-danni fir-rigward tal-produttur, ħlief jekk ġie stabbilit li dan it-terz ta l-kunsens effettiv tiegħu fir-rigward tal-imsemmija klawżola fil-kundizzjonijiet imsemmija f’dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 46, 12.02.2011.


Top