Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0539

Kawżi magħquda C-539/10 P u C-550/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 15 ta’ Novembru 2012 — Stichting Al-Aqsa vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-539/10 P), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Stichting Al-Aqsa, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (C-550/10 P) ( “Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Ġlieda kontra t-terroriżmu — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet — Iffriżar ta’ fondi — Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Artikolu 1(4) u (6) — Regolament (KE) Nru 2580/2001 — Artikolu 2(3) — Inklużjoni ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, ta’ gruppi u ta’ entitajiet involuti f’atti terroristiċi — Kundizzjonijiet — Deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti — Tħassir ta’ miżura nazzjonali — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà tal-appell — Dritt għar-rispett tal-proprjetà — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Artikolu 253 KE — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

ĠU C 9, 12.1.2013, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Stichting Al-Aqsa vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-539/10 P), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Stichting Al-Aqsa, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (C-550/10 P)

(Kawżi magħquda C-539/10 P u C-550/10 P) (1)

(Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet - Iffriżar ta’ fondi - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Artikolu 1(4) u (6) - Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Artikolu 2(3) - Inklużjoni ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, ta’ gruppi u ta’ entitajiet involuti f’atti terroristiċi - Kundizzjonijiet - Deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti - Tħassir ta’ miżura nazzjonali - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà tal-appell - Dritt għar-rispett tal-proprjetà - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Artikolu 253 KE - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 9/09

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

(C-539/10 P)

Appellanta: Stichting Al-Aqsa (rappreżentanti: M.J.G. Uiterwaal u A.M. van Eik advocaten)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan, B. Driessen u R. Szostak, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. M. Wissels u M. Bulterman, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. P. van Nuffel, aġenti)

(C-550/10 P)

Appellant: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. M. Wissels u M. Noort, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Stichting Al-Aqsa (rappreżentanti: A. M. van Eik, advocaat), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan, B. Driessen u R. Szostak, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. P. van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tad-9 ta’ Settembru 2010 — Al-Aqsa vs Il-Kunsill (T-348/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta’ Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonjiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/868/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/445/KE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta’ Lulju 2008, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868/KE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/62/KE, tas-26 ta’ Jannar 2009, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/583/KE, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 501/2009, tal-15 ta’ Ġunju 2009, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li jħassar id-Deċiżjoni 2009/62/KE, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Stichting Al-Aqsa.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Settembru 2010, Al-Aqsa vs Il-Kunsill (T-348/07), hija annullata.

(2)

Ir-rikors u l-appell ta’ Stichting Al-Aqsa huma miċħuda.

(3)

Stichting Al-Aqsa hija kkundannata tbati, apparti l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-appelli preżenti kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fl-ewwel istanza.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea bħala intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi bħala intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti minnhom fl-istanzi rispettivi.


(1)  ĠU C 46, 12.2.2011.


Top