Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0522

    Kawża C-522/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sozialgericht Würzburg — il-Ġermanja) — Doris Reichel-Albert vs Deutsche Rentenversicherung Nordbayern ( “Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KE) Nru 987/2009 — Artikolu 44(2) — Eżami tad-dritt għall-pensjoni tax-xjuħija — Kunsiderazzjoni tal-perijodi għat-trobbija tat-tfal mwettqa fi Stat Membru ieħor — Applikabbiltà — Artikolu 21 TFUE — Moviment liberu taċ-ċittadini” )

    ĠU C 295, 29.9.2012, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 295/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sozialgericht Würzburg — il-Ġermanja) — Doris Reichel-Albert vs Deutsche Rentenversicherung Nordbayern

    (Kawża C-522/10) (1)

    (Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Artikolu 44(2) - Eżami tad-dritt għall-pensjoni tax-xjuħija - Kunsiderazzjoni tal-perijodi għat-trobbija tat-tfal mwettqa fi Stat Membru ieħor - Applikabbiltà - Artikolu 21 TFUE - Moviment liberu taċ-ċittadini)

    2012/C 295/05

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Sozialgericht Würzburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Doris Reichel-Albert

    Konvenuta: Deutsche Rentenversicherung Nordbayern

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Sozialgericht Würzburg (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72) — Kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni perijodi għat-trobbija tat-tfal magħmula fi Stat Membru ieħor fil-kuntest tal-eżami tad-dritt għall-pensjoni tax-xjuħija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali perijodi għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata, matul il-perijodu għat-trobbija jew immedjatament qabel it-twelid tat-tifel tagħha, kienet suġġetta għal perijodi ta’ kontribuzzjoni obbligatorja minħabba attività bħala impjegat jew minħabba attività bħala persuna li taħdem għal rasha, u li tista’ twassal għall-konsegwenza li perijodu għat-trobbija tat-tfal la jittieħed inkunsiderazzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza matul it-trobbija tat-tfal u lanqas fl-Istat Membru kompetenti

    Dispożittiv

    F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jobbliga lill-istituzzjoni kompetenti tal-ewwel Stat Membru li tieħu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-għoti ta’ pensjoni tax-xjuħija, il-perijodi għat-trobbija ta’ wild, imwettqa fit-tieni Stat Membru, bħallikieku dawk il-perijodi kienu twettqu fit-territorju nazzjonali tagħha, minn persuna li eżerċitat attivitajiet professjonali biss f’dak l-ewwel Stat Membru u li, fil-mument tat-twelid ta’ wliedha, kienet waqfet temporanjament mix-xogħol u kienet stabbilixxiet ir-residenza tagħha, għal raġunijiet strettament familjari, fit-territorju tat-tieni Stat Membru.


    (1)  ĠU C 30, 29.01.2011


    Top