Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0504

    Kawża C-504/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas- 27 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Najvyšší súd Slovenskej republiky — Ir-Repubblika Slovakka) — Tanoarch s.r.o. vs Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky (Tassazzjoni — VAT — Dritt għal tnaqqis — Trasferiment ta’ parti mid-drittijiet fuq invenzjoni, miżmuma minn diversi impriżi, lil impriża li għandha d-dritt tuża l-imsemmija invenzjoni fl-intier tagħha — Prassi abbużiva)

    ĠU C 370, 17.12.2011, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 370/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Najvyšší súd Slovenskej republiky — Ir-Repubblika Slovakka) — Tanoarch s.r.o. vs Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky

    (Kawża C-504/10) (1)

    (Tassazzjoni - VAT - Dritt għal tnaqqis - Trasferiment ta’ parti mid-drittijiet fuq invenzjoni, miżmuma minn diversi impriżi, lil impriża li għandha d-dritt tuża l-imsemmija invenzjoni fl-intier tagħha - Prassi abbużiva)

    2011/C 370/23

    Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

    Qorti tar-rinviju

    Najvyšší súd Slovenskej republiky

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Tanoarch sro

    Konvenuta: Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Najvyšší súd Slovenskej republiky — Interpretazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), u b’mod partikolari tal-Artikolu 2(1) tagħha — Trasferiment ta’ parti mid-drittijiet fuq invenzjoni, li għandhom diversi impriżi, lil impriża li diġà għandha d-dritt tuża l-imsemmija invenzjoni fl-intier tagħha — Possibbiltà tal-eżistenza ta’ dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa

    Dispożittiv

    (1)

    Persuna taxxabbli tista’, fil-prinċipju, tinvoka d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa jew dovuta għal provvista ta’ servizz, imwettqa bi ħlas, meta d-dritt nazzjonali applikabbli jippermetti t-trasferiment ta’ parti mill-koproprjetà ta’ invenzjoni li jikkonferixxi dritt fuqha.

    (2)

    Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi, b’kunsiderazzjoni għaċ-ċirkustanzi fattwali kollha li jikkaratterizzaw il-provvista tas-servizz inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ abbuż ta’ dritt fir-rigward tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa.


    (1)  ĠU C 46, 12.02.2011


    Top