EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0384

Kawża C-384/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Jan Voogsgeerd vs Navimer SA (Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali — Kuntratt ta’ xogħol — Għażla tal-partijiet — Dispożizzjonijiet mandatorji tal-liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla — Determinazzjoni ta’ din il-liġi — Ħaddiem li jwettaq xogħlu f’iktar minn Stat kontraenti wieħed)

ĠU C 39, 11.2.2012, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van Cassatie van België — Il-Belġju) — Jan Voogsgeerd vs Navimer SA

(Kawża C-384/10) (1)

(Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Kuntratt ta’ xogħol - Għażla tal-partijiet - Dispożizzjonijiet mandatorji tal-liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla - Determinazzjoni ta’ din il-liġi - Ħaddiem li jwettaq xogħlu f’iktar minn Stat kontraenti wieħed)

(2012/C 39/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jan Voogsgeerd

Konvenuta: Navimer SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpetazzjoni tal-Artikolu 6(2)(b) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firem f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU 2005, C 169, p. 10) — Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla — Kuntratt ta’ xogħol — Ħaddiem li ma jwettaqx xogħlu abitwalment f’pajjiż wieħed — Inġinier prinċipali tal-vapuri

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firem f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali li quddiemha tkun tressqet il-kawża għandha qabelxejn tistabbilixxi jekk fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt il-ħaddiem iwettaqx xogħlu abitwalment fl-istess pajjiż, li huwa dak li fih jew li minnu, fid-dawl tal-elementi kollha li jikkaratterizzaw din l-attività, il-ħaddiem jaqdi l-parti l-kbira mill-obbligi tiegħu lejn min iħaddmu.

(2)

Fl-ipoteżi fejn il-qorti tar-rinviju tqis li hija ma tistax tiddeċiedi dwar il-kawża li tressqet quddiemha dwar l-Artikolu 6(2)(a) ta’ din il-konvenzjoni, l-Artikolu (2)(b) tal-imsemmija konvenzjoni għandu jiġi interpretat kif ġej:

il-kunċett ta’ “post tan-negozju li minnu jkun tqabbad [il-ħaddiem]”, għandu jinftiehem fis-sens li dan jirreferi esklużivament għall-post tan-negozju li ingaġġa l-ħaddiem u mhux dak li miegħu l-ħaddiem huwa marbut permezz tax-xogħol effettiv tiegħu;

il-pussess tal-personalità ġuridika ma jammontax għal rekwiżit li l-post tan-negozju ta’ min iħaddem għandu jissodisfa fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni;

il-post tan-negozju ta’ impriża differenti minn dik li tirriżulta b’mod formali bħala min iħaddem, li għandha xi rabtiet magħha, jista’ jiġi kklassifikat bħala “post tan-negozju” fis-sens tal-Artikolu 6(2)(d) tal-imsemmija konvenzjoni jekk l-elementi oġġettivi jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sitwazzjoni reali li hija differenti minn dik li tirriżulta mit-termini tal-kuntratt, u dan minkejja li s-setgħa ta’ direzzjoni ma ġietx ittrasferita b’mod formali lil din l-impriża l-oħra.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


Top