This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0221
Case C-221/10 P: Judgment of the Court (Third Chamber) of 19 April 2012 — Artegodan GmbH v European Commission, Federal Republic of Germany (Appeals — Second paragraph of Article 288 EC — Non-contractual liability of the Union — Conditions — Sufficiently serious breach of a rule of law conferring rights on individuals — Decision withdrawing marketing authorisations for medicinal products for human use containing amfepramone)
Kawża C-221/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 19 ta’ April 2012 — Artegodan GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir Repubblika Federali tal-Ġermanja (Appell — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni — Kundizzjonijiet — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Deċiżjoni dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li jkun fihom l-amfepramone)

ĠU C 165, 9.6.2012, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ April 2012 — Artegodan GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-221/10 P) (1)
(Appell - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - Kundizzjonijiet - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Deċiżjoni dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li jkun fihom l-amfepramone)
2012/C 165/05
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Artegodan GmbH (rappreżentanti: U. Reese, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u M. Heller, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-3 ta’ Marzu 2010, fil-Kawża T-429/05, Artegodan vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għad-danni ppreżentat skont l-Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, intiż sabiex jinkiseb kumpens għal dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 453, tad-9 ta’ Marzu 2000, dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li jkun fihom l-amfepramone — Ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE — Evalwazzjoni żbaljata tal-kriterji dwar l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Artegodan GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż |