EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0197

Kawża C-197/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 15 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo (Spanja) — Unio de Pagesos de Catalunya vs Administración del Estado (Politika agrikola komuni — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Skema ta’ pagament uniku — Drittijiet għall-pagament idderivati mir-riżerva nazzjonali — Kundizzjonijiet għall-għoti — Bdiewa li jibdew attività agrikola — Natura ipotetika tad-domanda preliminari — Inammissibbiltà)

ĠU C 319, 29.10.2011, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo (Spanja) — Unio de Pagesos de Catalunya vs Administración del Estado

(Kawża C-197/10) (1)

(Politika agrikola komuni - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Skema ta’ pagament uniku - Drittijiet għall-pagament idderivati mir-riżerva nazzjonali - Kundizzjonijiet għall-għoti - Bdiewa li jibdew attività agrikola - Natura ipotetika tad-domanda preliminari - Inammissibbiltà)

2011/C 319/13

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unio de Pagesos de Catalunya

Konvenuta: Administración del Estado

Fil-preżenza ta’: Coordinadora de Organizaciones de Agricultores y Ganaderos — Iniciativa Rural del Estado Español

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 4, p. 269), u tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 286M, 4.11.2010, p. 26) — Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ -kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna — Skema ta’ pagament uniku — Iffissar tal-ammont ta’ referenza — Nuqqas ta’ għoti ta’ drittijiet għall-pagament f’ċerti sitwazzjonijiet — Bdiewa żgħażagħ

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2010, hija inammissibbli minħabba n-natura ipotetika tagħha.


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010.


Top