Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0087

    Kawża C-87/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 9 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Vicenza — l-Italja) — Electrosteel Europe sa vs Edil Centro SpA ( “Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — L-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) — Qorti tal-post tal-eżekuzzjoni tal-obbligu kuntrattwali li jifforma l-bażi tat-talba — Bejgħ ta’ merkanzija — Post ta’ kunsinna — Kuntratt li jinkludi l-klawżola ‘Għoti: ex works’  ” )

    ĠU C 226, 30.7.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 226/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Vicenza — l-Italja) — Electrosteel Europe sa vs Edil Centro SpA

    (Kawża C-87/10) (1)

    (Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni speċjali - L-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) - Qorti tal-post tal-eżekuzzjoni tal-obbligu kuntrattwali li jifforma l-bażi tat-talba - Bejgħ ta’ merkanzija - Post ta’ kunsinna - Kuntratt li jinkludi l-klawżola ‘Għoti: ex works’)

    2011/C 226/09

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Ordinario di Vicenza

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Electrosteel Europe sa

    Konvenuta: Edil Centro SpA

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Ordinario di Vicenza — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni speċjali — Kunċett ta’ “post fejn, skond il-kuntratt, l-oġġetti ġew kunsinjati jew suppost li kienu kunsinjati” — Destinazzjoni finali tal-oġġetti li huma s-suġġett tal-kuntratt jew il-post fejn il-bejjiegħ iwettaq l-obbligu tiegħu ta’ kunsinna

    Dispożittiv

    (1)

    L-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, il-post fejn kienet jew kellha tkun ikkunsinnata l-merkanzija skont il-kuntratt għandu jiġi ddeterminat abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kuntratt.

    (2)

    Fil-kuntest tal-eżami, jekk dan il-post ta’ provvista huwa ddeterminat “skond il-kuntratt”, il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq il-kawża għandha tieħu inkunsiderazzjoni t-termini u l-klawżoli rilevanti kollha ta’ dan il-kuntratt li jistgħu jidentifikaw b’mod ċar dan il-post, inklużi t-termini u l-klawżoli ġeneralment rikonoxxuti u kkonstatati mill-użanzi tal-kummerċ internazzjonali, bħall-“Incoterms” (“international commercial terms”), imfassla mill-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali ta’ Pariġi, fil-verżjoni tagħhom ippubblikata fl-2000.

    (3)

    Jekk huwa impossibbli li jiġi ddeterminat il-post ta’ provvista fuq din il-bażi, mingħajr ma jsir riferiment għad-dritt sostantiv applikabbli għall-kuntratt, dan il-post għandu jkun dak fejn fejn isir l-għoti materjali tal-merkanzija li permezz tiegħu x-xerrej kiseb jew kellu jikseb is-setgħa li effettivament jiddisponi minn din il-merkanzija fid-destinazzjoni finali tat-tranżazzjoni tal-bejgħ.


    (1)  ĠU C 100, 17.04.2010


    Top