Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TJ0270

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla) tat-30 ta' Settembru 2010.
    PVS - Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein-Ruhr GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva medidata - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MeDiTA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Xebh bejn is-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
    Kawża T-270/09.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:419





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 – PVS vs UASI – MeDiTa Medizinische Kurierdienst (medidata)

    (Kawża T-270/09)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva medidata – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MeDiTA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Xebh tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar Regolament (KE) Nru 207/2009]”

    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 30, 31, 54, 55)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Mejju 2009 (Każ R 1724/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MeDiTA Medizinische Kurierdienst und Handelsgesellschaft mbH u PVS – Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein Ruhr GmbH.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    PVS – Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein-Ruhr GmbH

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark figurattiva medidata bil-kuluri blu, griż u aħjad, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 41, 42 u 44 – Applikazzjoni Nru 4495842

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    MeDiTA Medizinische Kurierdienst- und Handelsgesellschaft mbH

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni:

    Trade mark verbali Ġermaniża MeDiTA għal servizzi fil-klassijiet 35 u 39, peress li l-oppożizzjoni saret kontra r-reġistrazzjoni għall-klassi 35

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Appell miċħud


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    PVS – Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein Ruhr GmbH hija kkundannata għall‑ispejjeż.

    Top