This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TJ0068
Judgment of the General Court (Second Chamber), 10 October 2014.#Soliver NV v European Commission.#Competition — Agreements, decisions and concerted practices — European market in carglass — Decision finding an infringement of Article 81 EC — Market-sharing agreements and exchanges of commercially sensitive information — Regulation (EC) No 1/2003 — Single and continuous infringement — Participation in the infringement.#Case T‑68/09.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2014 .
Soliver NV vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ftehimiet ta’ qsim ta’ swieq u ta’ skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Ksur uniku u kontinwat — Parteċipazzjoni fil-ksur.
Kawża T‑68/09.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2014 .
Soliver NV vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ftehimiet ta’ qsim ta’ swieq u ta’ skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Ksur uniku u kontinwat — Parteċipazzjoni fil-ksur.
Kawża T‑68/09.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2014:867
SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla)
10 ta’ Ottubru 2014 ( *1 )
“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ftehimiet ta’ qsim ta’ swieq u ta’ skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Ksur uniku u kontinwat — Parteċipazzjoni fil-ksur”
Fil-Kawża T‑68/09,
Soliver NV, stabbilita f’Roulers (il-Belġju), irrappreżentata minn H. Gilliams, J. Bocken u T. Baumé, avukati,
rikorrenti,
vs
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn A. Bouquet, M. Kellerbauer u F. Ronkes Agerbeek, bħala aġenti,
konvenuta,
li għandha bħala suġġett talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 863 finali, tal-11 ta’ Frar 2009, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa lilha imposta minn din id-deċiżjoni,
IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla),
komposta minn N. J. Forwood (Relatur), President, F. Dehousse u J. Schwarcz, Imħallfin,
Reġistratur: N. Rosner, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-12 ta’ Novembru 2013,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 863 finali, tal-11 ta’ Frar 2009 (li sunt tagħha ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 173, p. 13) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ikkonstatat b’mod partikolari li ċertu numru ta’ impriżi, fosthom ir-rikorrenti, kienu kisru l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, billi pparteċipaw, f’perijodi varji bejn Marzu 1998 u Marzu 2003, f’sensiela ta’ ftehimiet u ta’ prattiki miftiehma antikompetittivi fis-settur tal-ħġieġ tal-vetturi fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata). |
2 |
Ir-rikorrenti, Soliver NV, hija produttriċi ta’ ħġieg ta’ daqs żgħir, attiva b’mod partikolari fis-settur tal-vetturi. Saint-Gobain Glass France SA, Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG u Saint-Gobain Sekurit France SAS (iktar ’il quddiem, flimkien, “Saint-Gobain”), li wkoll ressqu rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni kkontestata (Kawża T‑56/09), huma kumpanniji attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta’ materjali, fosthom il-ħġieġ tal-vetturi. Huma sussidjarji 100 % ta’ Compagnie de Saint-Gobain SA (iktar ’il quddiem “Compagnie”), li wkoll tfittex l-annullament ta’ din l-istess deċiżjoni (Kawża T‑73/09). Pilkington Group Ltd tiġbor fiha b’mod partikolari l-kumpanniji Pilkington Automotive Ltd, Pilkington Automotive Deutschland GmbH, Pilkington Holding GmbH u Pilkington Italia SpA (iktar ’il quddiem, flimkien, “Pilkington”). Pilkington, li wkoll ippreżentat rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni kkontestata (Kawża T‑72/09), hija waħda mill-ikbar produtturi fid-dinja tal-ħġieġ u ta’ prodotti għat-twieqi, b’mod partikolari fis-settur tal-vetturi. |
3 |
Asahi Glass Co. Ltd (iktar ’il quddiem “Asahi”) hija produttriċi tal-ħġieġ, ta’ prodotti kimiċi u ta’ komponenti elettroniċi, stabbilita fil-Ġappun. Asahi hija l-proprjetarja tal-ishma kollha tal-impriża Belġjana li tipproduċi l-ħġieġ Glaverbel SA/NV (iktar ’il quddiem “Glaverbel”), din tal-aħħar hija l-proprjetarja 100 % ta’ AGC Automotive France (iktar ’il quddiem “AGC” jew “AGC/Splintex”). AGC kellha, qabel l-1 ta’ Jannar 2004, l-isem Splintex Europe SA (iktar ’il quddiem “Splintex” jew “AGC/Splintex”). Asahi, li hija waħda mid-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata, ma ppreżentatx rikors kontra din tal-aħħar. |
4 |
L-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata nbdiet sussegwentement għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni, minn avukat Ġermaniż li kien qed jaġixxi għan-nom ta’ klijent anonimu, ta’ ittri li jinkludu informazzjoni li tirrigwarda ftehimiet u prattiki miftiehma min-naħa ta’ diversi impriżi attivi fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ħġieġ tal-vetturi. |
5 |
Fi Frar u f’Marzu 2005, il-Kummissjoni pproċediet bi spezzjonijiet fil-bini tar-rikorrenti kif ukoll f’dawk ta’ Saint-Gobain, Compagnie, Pilkington u AGC. Il-Kummissjoni ssekwestrat numru ta’ dokumenti u ta’ fajls f’dawn l-ispezzjonijiet. |
6 |
Sussegwentement għal dan, Asahi u Glaverbel kif ukoll is-sussidjarji tagħhom ikkonċernati mill-investigazzjoni (iktar ’il quddiem, flimkien, l-“applikanti għal klemenza”) ippreżentaw talba għal immunità jew ta’ tnaqqis tal-ammont tal-multa skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell [akkordji] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155). It-talba għal immunità kundizzjonali ta’ multa ġiet miċħuda mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Lulju 2006, minkejja li din tal-aħħar informat lill-applikanti għal klemenza li kellha tapplikalhom tnaqqis ta’ bejn 30 u 50 % tal-ammont tal-multa li normalment kien jiġi impost fuqhom, u dan b’mod konformi mal-punt 26 tal-Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell [akkordji]. |
7 |
Bejn is-26 ta’ Jannar 2006 u t-2 ta’ Frar 2007, il-Kummissjoni ressqet diversi talbiet għal informazzjoni lir-rikorrenti kif ukoll lil Saint-Gobain, Compagnie, Pilkington, Asahi, Glaverbel u AGC, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205). L-impriżi kkonċernati rrispondew għal dawn it-talbiet varji. |
8 |
Min-naħa l-oħra, fuq l-istess bażi, il-Kummissjoni indirizzat talbiet għal informazzjoni lil produtturi varji tal-vetturi, lil produttur Taljan ta’ kowċis kif ukoll lil żewġ assoċjazzjonijiet professjonali tal-industrija tal-ħġieġ, li lkoll irrispondewha. |
9 |
Fit-18 ta’ April 2007, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet dwar ksur uniku u kontinwat li kkonsista fi ftehimiet jew prattiki miftiehma bejn produtturi tal-ħġieġ tal-vetturi, bil-għan tat-tqassim ta’ kuntratti għal provvista lil produtturi tal-vetturi. Din id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġiet innotifikata lir-rikorrenti kif ukoll lil Saint-Gobain, Compagnie, Pilkington, Asahi, Glaverbel u AGC. Kull waħda mill-impriżi destinatarji ta’ din id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kellha aċċess għall-fajl u ġiet mistiedna mill-Kummissjoni sabiex tressaq l-osservazzjonijiet tagħha f’dan ir-rigward. Fl-24 ta’ Settembru 2007, seħħet seduta għand il-Kummissjoni, li fiha pparteċipaw l-imsemmija destinatarji kollha. |
Id-deċiżjoni kkontestata
10 |
Fit-12 ta’ Novembru 2008 il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata. Fir-rigward tar-rikorrenti, il-Kummissjoni kkunsidrat li din l-impriża kienet ipparteċipat fil-ksur mid-19 ta’ Novembru 2001 sal-11 ta’ Marzu 2003 [Artikolu 1(d) tad-deċiżjoni kkontestata]. Hija imponiet fuqha multa ta’ EUR 4 396 000 [Artikolu 2(d) tad-deċiżjoni kkontestata]. |
11 |
F’dak li jirrigwarda Saint-Gobain u Compagnie, il-Kummissjoni kkonstatat li kienu pparteċipaw fi ftehimiet u fi prattiki miftiehma, imsemmija fil-punt 1 iktar ’il fuq, mill-10 ta’ Marzu 1998 sal-11 ta’ Marzu 2003 [Artikolu 1(b) tad-deċiżjoni kkontestata] u imponiet fuqhom “in solidum” multa ta’ EUR 896 miljun [Artikolu 2(b) tad-deċiżjoni kkontestata]. |
12 |
Asahi kif ukoll is-sussidjarji tagħha attivi fis-settur tal-ħġieġ tal-vetturi, li nstabu li pparteċipaw fil-ksur fil-perijodu bejn it-18 ta’ Mejju 1998 u l-11 ta’ Marzu 2003, ġew ikkundannati “in solidum” għal multa ta’ EUR 113.5 miljun [Artikolu 1(a) u Artikolu 2(a) tad-deċiżjoni kkontestata]. |
13 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward ta’ Pilkington, il-Kummissjoni ddeċidiet li din l-impriża kienet ipparteċipat fil-ftehimiet u fil-prattiki miftiehma kkontestati mill-10 ta’ Marzu 1998 sat-3 ta’ Settembru 2002 [Artikolu 1(c) tad-deċiżjoni kkontestata]. Hija imponiet fuqha multa ta’ EUR 370 miljun [Artikolu 2(c) tad-deċiżjoni kkontestata]. |
14 |
Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni telqet mill-punt li l-karatteristiċi tas-suq tal-ħġieġ tal-vetturi, jiġifieri b’mod partikolari tar-rekwiżiti tekniċi importanti kif ukoll ta’ livell għoli ta’ innovazzjoni, jiffavorixxu lill-provvisti integrati u ta’ skala internazzjonali. AGC, Pilkington u Saint-Gobain kienu fost il-produtturi l-kbar tal-ħġieġ tal-vetturi fuq skala mondjali u flimkien kienu jkopru, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, madwar 76 % tad-domanda mondjali tal-ħġieġ destinata għas-suq tal-ewwel twaħħil (twaħħil tal-ħġieġ tal-vetturi fil-fabbrika, fil-mument tal-immuntar tal-vettura). Il-Kummissjoni tosserva wkoll volum sinjifikattiv ta’ skambji bejn l-Istati Membri u l-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) li jifformaw parti miż-ŻEE fis-settur tal-ħġieġ tal-vetturi. Il-produtturi tal-vetturi barra minn hekk jinnegozjaw il-kuntratti ta’ xiri għall-provvista ta’ ħġieġ tal-vetturi fil-livell taż-ŻEE. |
15 |
Mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-provvisti tal-ħġieġ tal-vetturi previsti mill-investigazzjoni tal-Kummissjoni segwew b’mod kontinwu l-ishma tagħhom rispettivi tas-suq fil-perijodu tal-ksur, mhux biss “skont il-vettura”, jiġifieri fir-rigward tal-ammont tal-bejgħ skont il-mudell tal-vettura, iżda wkoll globalment, tal-vetturi kollha f’daqqa. |
16 |
Pilkington, Saint-Gobain u AGC (jew AGC/Splintex) (iktar ’il quddiem il-“klabb”) kienu, f’dan ir-rigward, ipparteċipaw f’laqgħat trilaterali, xi kultant imsejħa “laqgħat tal-klabb”. Dawn il-laqgħat, organizzati b’rotazzjoni minn kull waħda minn dawn l-impriżi, seħħew f’lukandi fi bliet differenti fl-Ewropa, f’residenzi privati li jappartjenu lil impjegati ta’ dawn l-impriżi kif ukoll fil-bini tal-association professionnelle Groupement européen de producteurs de verre plat (GEPVP) (Assoċjazzjoni professjonali tal-Grupp Ewropew ta’ produtturi tal-ħġieġ ċatt) u f’dawk tal-Associazione nazionale degli industriali del vetro (Assovetro) (Assoċjazzjoni nazzjonali tal-industriji tal-ħġieġ). |
17 |
Laqgħat jew kuntatti bilaterali ġew organizzati wkoll bejn dawn il-kompetituri, bil-għan li jiddiskutu l-provvista ta’ ħġieġ tal-vetturi għall-mudelli prodotti preżentement u bi preparazzjoni tal-provvista għall-mudelli futuri. Dawn il-varji kuntatti jew laqgħat irrigwardaw l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-partijiet mis-suq, it-tqassim tal-kunsinni ta’ ħġieġ tal-vetturi lill-produtturi u l-iskambju ta’ informazzjoni fuq il-prezzijiet kif ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni oħra li hija kummerċjalment sensittiva u l-koordinazzjoni tal-istrateġiji ta’ dawn il-kompetituri differenti fil-qasam tal-iffissar tal-prezzijiet u ta’ provvista tal-klijenti. |
18 |
L-ewwel waħda minn dawn il-laqgħat bilaterali, li fiha pparteċipaw Saint-Gobain u Pilkington, seħħet fl-10 ta’ Marzu 1998 fil-lukanda Hyatt Regency tal-ajruport Charles-de-Gaulle f’Pariġi (Franza). L-ewwel laqgħa trilaterali seħħet fir-rebbiegħa tal-1998 f’Königswinter (il-Ġermanja), fir-residenza privata tal-persuna responsabbli mill-klijenti l-kbar ta’ Splintex (AGC) f’dak iż-żmien. Dawn il-laqgħat kienu ppreċeduti minn kuntatti esploratorji bejn Saint-Gobain u Pilkington, mill-1997, fejn l-għan tagħhom kien l-armonizzazzjoni teknika tal-produzzjoni ta’ twieqi oskuri (tinted) prodotti minn dawn l-impriżi, fir-rigward tal-kulur, tal-ħxuna u tat-trażmissjoni tad-dawl. Il-Kummissjoni madankollu ma inkludietx dawn il-kuntatti fl-akkordju kontenzjuż, peress li huma kienu jirrigwardaw essenzjalment, skont din, stadju avvanzat fil-linja ta’ produzzjoni tal-ħġieġ ċatt, qabel ma jiġi pproċessat fi ħġieġ tal-vetturi. |
19 |
Il-Kummissjoni identifikat fid-deċiżjoni kkontestata bejn wieħed u ieħor 90 laqgħa u kuntatti bejn ir-rebbiegħa tal-1998 u x-xahar ta’ Marzu 2003. L-aħħar kuntatt trilaterali li kienet ħadet sehem fih ir-rikorrenti kien seħħ fil-21 ta’ Jannar 2003, u b’hekk l-aħħar laqgħa bilaterali seħħet fit-tieni nofs tax-xahar ta’ Marzu 2003, bejn Saint-Gobain u AGC. Il-parteċipanti użaw abbrevjazzjonijiet jew ismijiet b’kodiċi sabiex jidentifikaw ruħhom f’dawn il-laqgħat u kuntatti. |
20 |
Skont id-deċiżjoni kkontestata, il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-akkordju bdiet fid-19 ta’ Novembru 2001. Ir-rikorrenti ġiet ikkuntattjata minn Saint-Gobain mis-sena 2000 sabiex tipparteċipa fl-akkordju kontenzjuż. Il-parteċipanti inizjali fl-akkordju, f’dan il-każ Saint-Gobain, Pilkington u AGC, użaw, għal dan il-għan, id-dipendenza tar-rikorrenti lejn il-produtturi tal-materja prima, peress li r-rikorrenti ma kinitx f’pożizzjoni tipproduċi l-ħġieġ ċatt b’mod awtonomu. |
21 |
Skont id-deċiżjoni kkontestata, il-pjan ġenerali tal-akkordju jikkonsisti fi tqassim tal-kunsinni tal-ħġieġ tal-vetturi bejn il-parteċipanti għall-akkordju, kemm f’dak li jirrigwarda l-kuntratti ta’ provvista eżistenti kif ukoll għal dak li jirrigwarda l-kuntratti ġodda. Dan il-pjan kellu l-għan li jiggarantixxi l-istabbiltà tal-partijiet mis-suq ta’ dawn il-parteċipanti. Sabiex jilħqu dan l-għan, il-parteċipanti, fil-laqgħat u fil-kuntatti previsti fil-punti 16 sa 20 iktar ’il fuq, kienu skambjaw informazzjoni fuq il-prezzijiet kif ukoll data oħra sensittivi u kkoordinaw il-politika tagħhom tal-iffissar tal-prezzijiet u ta’ provvista lill-klijenti. B’mod partikolari, sar ftehim fuq ir-risposti li għandhom jingħataw għat-talbiet ta’ offerti ta’ prezzijiet mill-produtturi tal-vetturi, b’mod li tiġi influwenzata l-għażla minn dawn tal-aħħar ta’ fornitur tal-ħġieġ, saħansitra ta’ ħafna fosthom f’każ ta’ provvista multipla. Il-parteċipanti kellhom, f’dan ir-rigward, żewġ mezzi sabiex jiffavorixxu l-għoti ta’ kutratt ta’ provvista lill-produttur li sar qbil dwaru, jiġifieri jew li ma ssirlu l-ebda offerta, jew li ssirlu offerta ta’ kopertura, jiġifieri offerta li tinkludi prezzijiet ogħla minn dawk tal-imsemmi produttur. Miżuri korrettivi, fil-forma ta’ kumpens mogħtija lil parteċipant wieħed jew varji parteċipanti, kienu ġew deċiżi, jekk neċessarju, sabiex jiġi ggarantit li s-sitwazzjoni globali tal-offerta fil-livell taż-ŻEE tibqa’ konformi mat-tqassim miftiehem. Meta miżuri korrettivi kellhom jaffettwaw kuntratti ta’ provvista kurrenti, il-proċess użat mill-kompetituri sabiex jaġġustaw il-partijiet mis-suq kien jikkonsisti f’li l-produtturi tal-vetturi jiġu avżati dwar il-problema teknika jew skarsezza ta’ materja prima li jaffettwaw il-kunsinna tal-partijiet ordnati u li jissuġġerixxu lil din tagħmel talba lil fornitur sostitut. |
22 |
Sabiex jinżamm it-tqassim tal-kuntratti kif sar qbil dwarhom, il-parteċipanti għall-akkordju kienu barra minn hekk ftiehmu, f’ħafna okkażjonijiet, dwar tnaqqis fil-prezzijiet li għandu jingħata lill-produtturi tal-vetturi abbażi tat-titjib fil-produttività miksub, saħansitra fuq żidiet eventwali fil-prezzijiet applikati għal mudelli ta’ vetturi li l-livell ta’ produzzjoni tagħhom ikun iktar baxx mill-previżjonijiet. Huma kienu wkoll ftiehmu, li jekk kien meħtieġ, jillimitaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ispejjeż reali tagħhom ta’ produzzjoni lill-produtturi tal-vetturi, sabiex jevitaw talbiet frekwenti wisq ta’ tnaqqis tal-prezzijiet minn dawn imsemmija l-aħħar. |
23 |
Il-ftehim li għandu bħala għan l-istabbiltà tal-partijiet mis-suq sar possibbli, b’mod partikolari, permezz tat-trasparenza tas-suq tal-provvista tal-ħġieġ tal-vetturi. L-evoluzzjoni tal-partijiet mis-suq ġiet ikkalkolata fuq il-bażi tal-ispejjeż ta’ produzzjoni u tal-previżjonijiet ta’ bejgħ, billi jiġu kkunsidrati l-kuntratti ta’ provvista eżistenti. |
24 |
Il-Kummissjoni tindika, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-applikanti għal klemenza kkonfermaw li l-iktar tard mis-sena 1998 rappreżentanti ta’ Splintex ipparteċipaw, ma’ ċerti kompetituri, f’attivitajiet illeċiti mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, l-assenza ta’ kontestazzjoni, minn Saint-Gobain, tal-materjalità tal-fatti esposti fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kellha tiġi interpretata bħala approvazzjoni, minn din l-impriża, tad-deskrizzjoni li saret mill-Kummissjoni tal-kontenut tal-laqgħat u tal-kuntatti kontenzjużi. |
25 |
Fl-aħħar nett, Pilkington, Saint-Gobain u AGC ftiehmu, f’laqgħa li seħħet fis-6 ta’ Diċembru 2001, fuq metodu ġdid ta’ kalkolu għall-finijiet tat-tqassim u tal-għoti mill-ġdid ta’ kuntratti ta’ provvista. |
26 |
Huwa fuq il-bażi ta’ din il-ġabra ta’ indizji li l-Kummissjoni kkunsidrat lir-rikorrenti kif ukoll lil Saint-Gobain, Compagnie, Pilkington, u l-applikanti għal klemenza responsabbli ta’ ksur uniku u kontinwat tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. |
27 |
L-arranġamenti konklużi bejn dawn il-partijiet jammontaw, skont il-Kummissjoni, għal ftehimiet jew għal prattiki miftiehma fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet li xekklu l-kompetizzjoni fis-suq tal-provvista ta’ ħġieġ tal-vetturi. Din il-kollużoni kienet unika u kontinwata peress li l-parteċipanti għall-akkordju esprimew il-volontà komuni tagħhom li jaġixxu b’mod partikolari fis-suq u adottaw pjan komuni intiż li jillimita l-awtonomija kummerċjali individwali tagħhom billi jaqsmu l-kunsinni ta’ ħġieġ tal-vetturi destinati għal vetturi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief kif ukoll billi jgħawwġu l-prezzijiet ta’ dawn it-twieqi bil-għan li jiżguraw stabbiltà globali fis-suq u li jżommu prezzijiet artifiċjalment għolja. Il-frekwenza u l-karattru mhux interrott ta’ dawn il-laqgħat u ta’ dawn il-kuntatti, fuq perijodu ta’ ħames snin, kellhom bħala riżultat li l-produtturi kollha kbar li jipproduċu vetturi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief fiż-ŻEE kienu koperti mill-akkordju. |
28 |
Il-Kummissjoni, min-naħa l-oħra, ikkunsidrat li xejn ma kien jindika li l-ftehimiet u l-prattiki miftiehma bejn il-fornituri tal-ħġieġ tal-vetturi wasslu għal kisba ta’ iktar effiċjenza jew iffaċilitaw il-progress tekniku jew ekonomiku fis-settur tal-ħġieġ tal-vetturi, ta’ natura li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) KE. |
29 |
Fir-rigward tat-tul tal-ksur, il-Kummissjoni kkunsidrat li r-rikorrenti kienet ipparteċipat mid-19 ta’ Novembru 2001 sal-11 ta’ Marzu 2003. Saint-Gobain u Compagnie kienu min-naħa tagħhom ipparteċipaw mill-10 ta’ Marzu 1998 sal-11 ta’ Marzu 2003. Il-parteċipazzjoni ta’ Pilkington ġiet evalwata għall-perijodu mill-10 ta’ Marzu 1998 sat-3 ta’ Settembru 2002. |
30 |
Fir-rigward tal-kalkolu tal-multi, il-Kummissjoni l-ewwel nett stabbilixxiet il-valur tal-bejgħ tal-ħġieġ tal-vetturi li nkiseb minn kull impriża li pparteċipat fi ħdan iż-ŻEE b’rabta diretta jew indiretta mal-ksur. Hija għamlet distinzjoni, għal dan il-għan, bejn bosta perijodi. Għall-perijodu li beda minn Marzu 1998 u li spiċċa fit-30 ta’ Ġunju 2000, ikklassifikat bħala l-perijodu taż-“żieda”, hija kkunsidrat li kellha provi tal-ksur biss għall-parti mill-produtturi Ewropej tal-vetturi. Il-Kummissjoni b’hekk ikkunsidrat biss, f’dak li jirrigwarda dan il-perijodu, il-bejgħ tal-ħġieġ tal-vetturi lill-produtturi li għalihom hija kellha provi diretti tal-akkordju. Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2000 u t-3 ta’ Settembru 2002, il-Kummissjoni osservat li l-produtturi suġġetti għall-akkordju kienu jikkonċernaw għall-inqas 90 % tal-bejgħ fi ħdan iż-ŻEE. Hija b’hekk ikkonkludiet li, fir-rigward ta’ dan il-perijodu, it-totalità tal-bejgħ ta’ ħġieġ tal-vetturi fi ħdan iż-ŻEE, mid-destinatarji tad-deċiżjoni, kellha tittieħed inkunsiderazzjoni. Fl-aħħar nett, fl-aħħar tal-perijodu ta’ ksur, jiġifieri bejn it-3 ta’ Settembru 2002 u x-xahar ta’ Marzu 2003, l-attivitajiet tal-klabb naqsu wara t-tluq ta’ Pilkington. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkunsidra biss, għal dan il-perijodu, il-bejgħ lill-produtturi tal-vetturi li dwarhom kellha provi diretti tal-akkordju. Ġiet stabbilita medja annwali peżata ta’ dawn iċ-ċifri ta’ bejgħ għal kull fornitur tal-ħġieġ tal-vetturi kkonċernat, billi ġew diviżi l-valuri ta’ bejgħ imsemmija iktar ’il fuq bin-numru ta’ xhur li għalihom kull wieħed mill-imsemmija fornituri kien ipparteċipa fil-ksur u mbagħad ir-riżultat ta’ din id-diviżjoni ġie mmultiplikat bi tnax. |
31 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sostniet li l-ksur inkwistjoni, li kkonsista fi tqassim tal-klijenti, kien wieħed mir-restrizzjonijiet għall-kompetizzjoni l-iktar gravi. Fir-rigward tan-natura ta’ dan il-ksur, għall-portata ġeografika tiegħu u għas-sehem mis-suq kombinat tal-impriżi li pparteċipaw fih, il-Kummissjoni kkunsidrat, għall-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa, proporzjon ta’ 16 % tal-valur tal-bejgħ ta’ kull impriża involuta, immultiplikat bin-numru ta’ snin ta’ parteċipazzjoni fil-ksur. Barra minn hekk, l-ammont bażiku tal-multi ġie miżjud b’“miżata tad-dħul” stabbilita għal 16 % tal-valur tal-bejgħ, għall-finijiet ta’ deterrent. |
32 |
Fil-11 ta’ Frar 2009, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C (2009) 863 finali, li tirrettifika d-deċiżjoni kkontestata fuq numru limitat ta’ punti. |
Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet
33 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-18 ta’ Frar 2009, ir-rikorrenti ppreżentaw dan ir-rikors. |
34 |
Peress illi kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali u l-Imħallef Relatur ġie assenjat lit-Tieni Awla, din il-kawża ġiet konsegwentement assenjata lil din l-Awla. |
35 |
Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu matul is-seduta tat-12 ta’ Novembru 2013. |
36 |
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
37 |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
Id-dritt
38 |
Ir-rikorrenti tinvoka numru ta’ motivi, l-ewwel wieħed ibbażat fuq żball tal-Kummissjoni meta kkunsidrat li pparteċipat fil-ksur uniku u kontinwat li huwa s-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata. F’din il-kawża, huwa meħtieġ li jiġi eżaminat dan il-motiv. |
L-argumenti tal-partijiet
39 |
Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma werietx permezz ta’ sensiela ta’ indizji preċiżi u konkordanti, li r-rikorrenti kellha l-ħsieb tikkontribwixxi, permezz tal-aġir tagħha, għall-għanijiet komuni li l-parteċipanti għall-akkordju kkontestat riedu jilħqu, li hija kienet taf bl-aġir illegali ppjanat jew implementat minn impriżi oħra sabiex jintlaħqu l-istess għanijiet, jew li hija setgħet, b’mod raġonevoli, tipprevedih u li hija kienet lesta taċċetta r-riskju ta’ dan. |
40 |
Minbarra l-fatt li l-ksur beda iktar minn erba’ snin qabel l-ewwel kuntatti li huma kkontestati lir-rikorrenti, magħmula ma’ AGC/Splintex, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li r-rikorrenti la assistiet u lanqas ma kienet irrappreżentata f’waħda mill-ħafna laqgħat bilaterali jew trilaterali tal-klabb. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma werietx li r-rikorrenti kienet taf li l-aġir kien parti mill-pjan globali li kien ġie żviluppat qabel mill-parteċipanti l-oħra. |
41 |
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tfakkar li qabel is-sena 2001, Saint-Gobain, Pilkington u AGC simultanjament żiedu b’mod sinjifikattiv l-prezzijiet li jitolbu għall-provvista tal-ħġieġ ċatt, li jikkostitwixxi l-materja prima li minnu jipproduċu t-twieqi tal-vetturi. Skont ir-rikorrenti, dan il-fatt biss, madankollu, ma jippermettilhiex tifhem li dawn l-impriżi kienu kkonkludew ftehimiet dettaljati u organizzati li jikkonċernaw, minn naħa, it-tqassim tal-kuntratti, il-prezzijiet u t-tnaqqis li lesti li joffru u, min-naħa l-oħra, l-iżvilupp kif ukoll l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll u ta’ kumpens, barra minn hekk għall-produtturi kollha ta’ vetturi, la li tirrealizza li l-ikbar tliet produtturi jorganizzaw laqgħat regolari ħafna dwar dawn il-ftehimiet. Id-dokumenti misjuba għand ir-rikorrenti, l-iktar l-iktar kienu jippermettu li jiġi stabbilit li hija kienet taf li l-kumpanniji l-oħra, bħal Saint-Gobain u AGC, kellhom ċerti kuntatti mhux xierqa fir-rigward tad-dritt tal-kompetizzjoni. |
42 |
Għalhekk, kien żbaljat li l-Kummissjoni b’mod partikolari bbażat ruħha, sabiex tistabbilixxi l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-akkordju, fuq ir-riferimenti dwar ir-rikorrenti fin-noti meħuda minn impjegati ta’ Saint-Gobain, Pilkington u AGC. Fil-fatt, dawn ir-riferimenti jistgħu jiġu spjegati mill-fatt li dawn it-tliet produtturi l-kbar jipprovdu lir-rikorrenti bi ħġieġ ċatt u għalhekk kellhom għarfien tajjeb tal-kapaċitajiet produttivi tagħhom, iżda wkoll kellhom informazzjoni fuq il-kostrutturi ta’ vetturi li tipprovdilhom it-twieqi bħal Volkswagen u Fiat. |
43 |
L-ebda wieħed mill-elementi mressqa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata u waqt il-proċedura ġudizzjarja ma kien ta’ natura tali li jtaffi dawn il-kritiki. Dan jirriżulta wkoll, b’mod partikolari, mit-traskrizzjoni miktuba bl-idejn dwar konversazzjoni telefonika bejn persuna responsabbli mill-bejgħ tar-rikorrenti u rappreżentant ta’ Saint-Gobain f’Mejju 2002. La dan id-dokument u lanqas ċerti kuntatti telefoniċi ma’ AGC ma jippermettu, fil-fatt, li jiġi stabbilit li r-rikorrenti kkonkludiet ftehim ma’ impriżi oħra li jipproduċu twieqi tal-vetturi dwar it-tqassim tal-kuntratti għall-kunsinna ta’ diversi biċċiet ta’ twieqi għal Volkswagen Passat. Madankollu, jirriżulta mill-fajl tal-Kummissjoni li Saint-Gobain, Pilkington u AGC kienu ddeċidew li dan il-kuntratt ikun suġġett għal tqassim ta’ provvista identika għal dik li seħħet għall-mudell preċedenti ta’ din il-vettura, inkluża għalhekk il-provvista ta’ twieqi mir-rikorrenti. L-għoti lir-rikorrenti minn Volkswagen, ta’ kuntratt ta’ provvista għal ċerti biċċiet ta’ twieqi għal Volkswagen Passat il-ġdida jista’ jiġi biss spjegat mill-kwalità eċċellenti tal-ħġieġ li hija kienet ipprovdiet għall-mudell preċedenti, bi prezz kompetittiv. Din id-deċiżjoni għalhekk hija estranja għal kull ftehim eventwali ta’ qsim tas-suq li r-rikorrenti ħadet sehem fih. Barra minn hekk, din it-traskrizzjoni tindika li r-rikorrenti ma pparteċipat fl-ebda ftehim fir-rigward tal-kuntratt dwar il-vettura Opel Frontera l-ġdida. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kuntratt dwar il-vettura Lancia Lybra (vettura prodotta mill-grupp Fiat), jirriżulta biss minn din it-traskrizzjoni li Saint-Gobain kienet irreaġixxiet b’mod negattiv għat-tentattiv tar-rikorrenti li tikseb dan il-kuntratt. Madankollu, din l-intimidazzjoni bl-ebda mod ma tfisser li r-rikorrenti kienet parti fil-ftehim eventwali dwar dan il-kuntratt. |
44 |
Fir-rigward tal-kuntatti tagħha ma’ AGC fuq il-produtturi Fiat u Iveco f’Novembru u f’Diċembru 2001, ir-rikorrent, filwaqt li tammetti n-natura inadegwata ta’ dawn, issostni li dawn ma rriżultaw fil-konklużjoni tal-ebda ftehim illegali. Ir-rikorrenti żżid li dawn il-kuntatti, f’kull każ, ma kinux relatati mal-akkordju msemmi fid-deċiżjoni kkontestata. Hija tenfasizza, barra minn hekk, li kienet ippreżentata minn AGC, fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet magħmula minn din tal-aħħar taħt il-programm ta’ klemenza, bħala terz għall-akkordju bejn it-tliet produtturi l-kbar ta’ ħġieġ tal-vetturi. |
45 |
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tikkonkludi li l-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha f’din il-kawża mill-ġurisprudenza li timponi lil impriża li tattendi laqgħat li fihom ftehimiet antikompetittivi sigrieti huma konklużi li tiddistanzja ruħha pubblikament mill-kontenut ta’ dawn il-laqgħat sabiex tevita r-responsabbiltà inkorsa mill-ftehimiet inkwistjoni. Ir-rikorrenti ssostni, fil-fatt, li peress li ma pparteċipat fl-ebda laqgħa tal-klabb, hija ma kinitx taf bl-eżistenza ta’ ftehimiet sistematiċi u dettaljati dwar is-suq kollu tal-ħġieġ tal-karozzi fiż-ŻEE, konkluż minn Saint-Gobain, Pilkington u AGC, li jeskludi l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza inkwistjoni. |
46 |
Fil-fehma tagħha, ir-rikorrenti kienet taf bil-qafas ġenerali li fih il-kuntatti bilaterali tagħha ma’ Saint-Gobain u ma’ AGC kienu rreġistrati kif ukoll bil-għan ta’ koordinazzjoni fis-suq segwit mill-parteċipanti fl-akkordju. |
47 |
Il-Kummissjoni tenfasizza li r-rikorrent kellha diversi kuntatti ta’ natura li jipprovdu l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur uniku u kontinwat. Dawn il-kuntatti seħħew fl-aħħar tal-2001 (ma’ AGC) f’Mejju 2002 (ma’ Saint-Gobain) u matul l-ewwel trimestru tal-2003 (ma’ AGC). |
48 |
Fir-rigward tas-sena 2001, il-Kummissjoni indikat li jirriżulta min-noti ta’ spjega stabbiliti mill-ex direttur tad-dipartiment “Produzzjoni” tar-rikorrenti li aġent ta’ din tal-aħħar, D., kellu taħdidiet ma’ AGC dwar l-għoti ta’ kuntratti għall-provvista ta’ twieqi għal Fiat kif ukoll għas-sussidjarja tagħha Iveco. Skont il-Kummissjoni, dawn in-noti jistabbilixxu li r-rikorrenti aċċettat li ma tikkompetix ma’ AGC għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista għal Fiat, iżda kienu jeżiġu inkambju li AGC tgħolli l-prezzijiet tagħha fil-konfront ta’ Iveco. |
49 |
Sussegwentement, fir-rigward tas-sena 2002, il-Kummissjoni pproduċiet it-traskrizzjoni ta’ konversazzjoni telefonika tad-29 ta’ Mejju 2002 bejn K. H., responsabbli mill-bejgħ tar-rikorrenti, u l-impjegati ta’ Saint-Gobain, li turi li r-rikorrenti kienet taf bl-akkordju bejn it-tliet produtturi l-kbar. |
50 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tas-sena 2003, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq in-noti ta’ spjega ta’ impjegat ta’ AGC, li minnhom jirriżulta li din l-impriża u r-rikorrenti kienu kkuntattjaw lil xulxin sabiex jiddiskutu l-kuntratt ta’ kunsinna ta’ twieqi tal-ġenb intiż għall-mudell il-ġdid tal-vettura Volkswagen Passat. |
51 |
Dawn l-indizji varji huma suffiċjenti biex tiġi stabbilita l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-akkordju, b’mod partikolari f’kuntest fejn ta’ spiss ikun neċessarju li ċerti dettalji jiġu permezz ta’ deduzzjonijiet. Il-fatt li impriża ma pparteċipatx fl-elementi kollha li jikkostitwixxu akkordju jew li hija kellha rwol minuri fl-aspetti li fihom hija pparteċipat ma huwiex rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-parteċipazzjoni tagħha fi ksur. Huwa wkoll ta’ rilevanza partikolari, li f’din il-kawża, ir-rikorrenti titqies li hija parteċipant ta’ importanza minuri fis-suq ikkonċernat u li għalhekk ma kienx neċessarju li tikkoordina espressament l-għotjiet kollha tal-kuntratti ma’ din l-impriża fil-kuntest tal-akkordju. |
52 |
Madankollu, skont il-Kummissjoni, ir-rikorrenti ma setgħetx, fl-assenza tal-akkordju, tikkonkludi ftehim ma’ AGC/Splintex, intiż għall-provvista ta’ ħġieġ tal-vetturi lil Fiat. Minn dan isegwi li peress li r-rikorrenti kkonkludiet dan il-ftehim kif ukoll dak ma’ Saint-Gobain dwar il-mudell Volkswagen Passat, hija setgħat raġonevolment tassumi li dawn il-ftehimiet kienu jagħmlu parti minn pjan globali usa li jikkonsisti fit-tqassim tal-provvista tal-ħġieġ tal-vetturi u li jżomm l-istabbiltà tal-partijiet mis-suq tal-impriżi parteċipanti. Iċ-ċirkustanzi li fihom ir-rikorrenti ħadet id-deċiżjoni li tipparteċipa fil-ksur huma irrilevanti f’dan ir-rigward. |
53 |
Din il-kawża hija għalhekk distinta minn dik li wasslet għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2002, Sigma Tecnologie vs Il‑Kummissjoni (T-28/99, Ġabra p. II-1845), li hija kkaratterizzata mill-fatt li l-akkordju kien jippreżenta struttura kumplessa, b’livelli nazzjonali u livelli Ewropej. Il-Kummissjoni targumenta wkoll li fil-fatt hekk jirriżulta mid-dikjarazzjonijiet tal-applikanti għal klemenza, li tindika lir-rikorrenti bħala terzi għall-akkordju, b’din id-dikjarazzjoni tkun magħmula fir-rigward ta’ għotja ta’ kuntratt preċiż u li għalhekk ma tistax tittieħed bħala prova li r-rikorrenti kienet totalment esterna għall-akkordju. |
54 |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li, kif hija wkoll indikat fil-premessa 89 tad-deċiżjoni kkontestata, anki qabel id-data tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-akkordju, it-tliet produtturi l-kbar tal-ħġieġ tal-vetturi kienu kkunsidraw l-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista ta’ twieqi lil din u għalhekk, kienu pprevedew rwol għal din fit-twettiq tal-pjan globali tal-akkordju. Il-Kummissjoni weriet dan il-punt b’riferiment, minn naħa, għal laqgħa bejn l-impjegati ta’ Saint-Gobain u ta’ AGC li seħħet fis-27 ta’ Ottubru 2000 f’lukanda fl-ajruport ta’ Brussell (il-Belġju), b’mod partikolari t-tqassim tal-provvista ta’ twieqi għall-vettura Audi A6, u, min-naħa l-oħra, għal laqgħa bejn l-impjegati ta’ Saint-Gobain, ta’ Pilkington u ta’ AGC/Splintex li saret fid-9 ta’ Novembru 2000 f’lukanda fl-ajruport Charles de Gaulle f’Pariġi, b’mod partikolari dwar l-għoti ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ twieqi tal-ġenb għal Fiat Punto. Il-Kummissjoni żiedet ukoll, matul is-seduta, li dawn ir-riferimenti għar-rikorrenti, għalkemm kienu saru qabel id-data tal-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur, jikkonfermaw li kienet taf jew li kellha neċessarjament tkun taf bl-eżistenza tal-akkordju globali bejn it-tliet produtturi l-kbar tal-ħġieġ tal-vetturi. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali
Fuq il-fondatezza tal-argumenti tar-rikorrenti
– Osservazzjonijiet preliminari u tfakkir tal-prinċipji
55 |
Jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata li l-akkordju kkontestat jikkonsisti f’għotja konkreta ta’ kuntratti li jirrigwardaw il-provvista tal-ħġieġ tal-vetturi għal kważi l-impriżi kollha li jipproduċu l-vetturi fiż-ŻEE, permezz tal-koordinazzjoni tal-politiki tal-prezzijiet kif ukoll tal-istrateġiji ta’ provvista tal-klijentela. L-għan ta’ dan l-akkordju, li twettaq bejn Marzu 1998 u Marzu 2003, kien, skont din id-deċiżjoni, li jiżgura ż-żamma tal-istabbiltà globali tal-partijiet mis-suq tad-diversi parteċipanti. Regolarment ġew organizzati laqgħat bejn dawn tal-aħħar sabiex mhux biss jiddiskutu l-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista futuri, iżda wkoll sabiex jissorveljaw id-deċiżjonijiet meħuda matul dawn il-laqgħat u l-kuntatti preċedenti. Ftehmu dwar miżuri ta’ korrezzjoni, taħt il-forma ta’ kumpens reċiproku, meta għotjiet li ġew deċiżi qabel instabu li fil-prattika ma kinux biżżejjed biex jiżguraw stabbiltà fil-partijiet mis-suq tal-parteċipanti. Għalhekk, b’mod partikolari, peress li kienu mmotivati minn dan l-għan ekonomiku komuni, dawn id-diversi kuntatti kollużivi kkostitwixxu, skont il-Kummissjoni, ksur uniku u kontinwat fl-Artikolu 81(1) KE. |
56 |
Ir-rikorrenti, li titqies li hija parteċipant nettament iżgħar meta mqabbla ma’ Saint-Gobain, Pilkington u AGC fis-suq tal-ħġieġ tal-vetturi, prinċipalment tikkontesta l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur uniku u kontinwat. Waqt li hija tammetti li kellha kuntatti mhux xierqa ma’ kompetituri, hija essenzjalment issostni li ma pparteċipat f’ebda laqgħa tal-klabb stabbilit fost dawn il-produtturi, fejn hija setgħet tiġi informata bil-pjan globali tal-akkordju kif ukoll bil-komponenti tiegħu. |
57 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fir-rigward tan-natura tal-ksur inkwistjoni kif ukoll tan-natura u tal-livell tal-gravità tas-sanzjonijiet konnessi miegħu, il-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mill-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950 (iktar ’il quddiem il-“KEDB”), japplika b’mod partikolari għall-proċeduri relatati ma’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi li jistgħu jwasslu għall-impożizzjoni ta’ multi jew għal pagamenti ta’ penalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Lulju 1999, Hüls vs Il‑Kummissjoni, C-199/92 P, Ġabra p. I-4287, punti 149 u 150, u Montecatini vs Il‑Kummissjoni, C-235/92 P, Ġabra p. I-4539, punti 175 u 176; sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2007, Coats Holdings u Coats vs Il‑Kummissjoni, T‑36/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 70). |
58 |
Għalhekk, minn naħa, il-Kummissjoni għandha tipproduċi l-provi li jistgħu juru, kif titlob il-liġi, l-eżistenza tal-fatti li jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 81 KE (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Diċembru 1998, Baustahlgewebe vs Il‑Kummissjoni, C-185/95 P, Ġabra p. I-8417, punt 58, u tat-8 ta’ Lulju 1999, Il‑Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, C-49/92 P, Ġabra p. I-4125, punt 86) u, min-naħa l-oħra, li l-eżistenza ta’ dubju fil-ħsieb tal-qorti għandha tkun għall-benefiċċju tal-impriża destinatarja tad-deċiżjoni li tikkonstata tali ksur (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011, Kaimer et vs Il‑Kummissjoni, T‑379/06, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 47, u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan il-kuntest, hija b’mod partikolari l-Kummissjoni li għandha tistabbilixxi l-elementi kollha li jippermettu li tiġi konkluża l-parteċipazzjoni ta’ impriża f’tali ksur u r-responsabbiltà tagħha għad-diversi elementi li din il-parteċipazzjoni tinvolvi (sentenza Il‑Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 86). Minn dan isegwi li l-parteċipazzjoni ta’ impriża f’akkordju ma tistax tiġi dedotta minn spekulazzjoni li ssir abbażi ta’ elementi impreċiżi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Kaimer et vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 69 sa 71). |
59 |
Barra minn hekk, huwa normali li l-attivitajiet li jinkludu prattiki u ftehimiet antikompetittivi jsiru bil-moħbi, li l-laqgħat jinżammu b’mod sigriet, u li d-dokumentazzjoni relatata magħhom titnaqqas għall-minimu. Minn dan isegwi li, anki jekk il-Kummissjoni tiskopri dokumenti li juru b’mod espliċitu li kien hemm kuntatt illegali bejn operaturi, normalment dawn ikunu biss frammentarji u skarsi, b’tali mod li ta’ spiss ikun neċessarju li ċerti dettalji jiġu stabbiliti permezz ta’ deduzzjonijiet. Għalhekk, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-eżistenza ta’ prattika jew ta’ ftehim antikompetittiv għandha tiġi dedotta minn ċertu numru ta’ koinċidenzi u ta’ indizji, li, ikkunsidrati flimkien, jistgħu jikkostitwixxu, fl-assenza ta’ spjegazzjoni oħra koerenti, il-prova ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il‑Kummissjoni, C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P, Ġabra p. I-123, punti 55 sa 57, u tal-25 ta’ Jannar 2007, Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il‑Kummissjoni, C-403/04 P u C-405/04 P, Ġabra p. I-729, punt 51). Dawn il-konstatazzjonijiet b’mod partikolari japplikaw ukoll, b’analoġija, għall-prova tal-parteċipazzjoni ta’ impriza għal ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni. |
60 |
Barra minn hekk, hemm lok li jiġi rilevat li l-ftehimiet u l-prattiki miftiehma msemmija fl-Artikolu 81(1) KE neċessarjament jirriżultaw mill-kollaborazzjoni ta’ diversi impriżi, li huma lkoll koawturi tal-ksur, iżda li l-parteċipazzjoni tagħhom tista’ tieħu għamliet differenti, b’mod partikolari skont il-karatteristiċi tas-suq ikkonċernat u l-pożizzjoni ta’ kull impriża f’dan is-suq, l-għanijiet imfittxija u l-metodi ta’ implementazzjoni magħżula jew maħsuba. Konsegwentement, is-sempliċi fatt li kull impriża tipparteċipa fil-ksur b’modi partikolari għaliha ma huwiex biżżejjed sabiex tiġi eskluża r-responsabbiltà tagħha għall-ksur kollu, inkluż l-aġir li jiġi materjalment implementat minn impriżi parteċipanti oħra li madankollu jkollu l-istess għan jew l-istess effett antikompetittiv (sentenza Il‑Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, punt 58 iktar ’il fuq, punti 79 u 80, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2012, UPM‑Kymmene vs Il‑Kummissjoni, T‑53/06, punt 53). |
61 |
Għalhekk, impriża li pparteċipat fi ksur uniku u kumpless permezz ta’ aġir attribwibbli lilha, li kien jaqa’ taħt il-kunċetti ta’ ftehim jew ta’ prattika miftiehma b’għan antikompetittiv fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE, u li kien intiż li jikkontribwixxi għat-twettiq tal-ksur kollu kemm hu, tista’ tkun ukoll responsabbli għall-aġir ta’ impriżi oħra fil-kuntest tal-istess ksur għall-perijodu kollu tal-parteċipazzjoni tagħha fl-imsemmi ksur (sentenzi Il‑Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, punt 58 iktar ’il fuq, punt 83, u UPM-Kymmene vs Il‑Kummissjoni, punt 60 iktar ’il fuq, punt 52). |
62 |
Madankollu, l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwat ma jfissirx neċessarjament li impriża li tipparteċipa f’parti jew f’numru ta’ partijiet mill-ksur tista’ titqies li hija responsabbli minn dan il-ksur kollu. Barra minn hekk huwa meħtieġ li l-Kummissjoni turi li din l-impriża kienet taf bl-attivitajiet antikompetittivi fuq livell Ewropew tal-kumpanniji l-oħra jew li setgħat raġonevolment tipprevedi dan. Is-sempliċi identiċità tas-suġġett bejn ftehim li fih ipparteċipat impriża u akkordju globali, ma huwiex biżżejjed biex din l-impriża tinżamm responsabbli għall-parteċipazzjoni fl-akkordju globali. Fil-fatt, għandu jitfakkar li l-Artikolu 81(1) KE ma japplikax jekk ma jkunx hemm tal-inqas intenzjoni komuni bejn il-partijiet ikkonċernati (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2010, IMI et vs Il‑Kummissjoni, T-18/05, Ġabra p. II-1769, punt 88, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
63 |
Għalhekk, huwa biss jekk l-impriża, meta hija pparteċipat f’dan il-ftehim, kienet taf jew kellha tkun taf li, billi għamlet hekk, hija kienet qed tinvolvi ruħha f’akkordju globali li l-parteċipazzjoni tagħha fil-ftehim ikkonċernat jista’ jikkostitwixxi l-espressjoni tal-adeżjoni tagħha ma’ dan l-istess akkordju (sentenzi tal-Qorti Ġenerali Sigma Tecnologie vs Il‑Kummissjoni, punt 53 iktar ’il fuq, punt 45; tas-16 ta’ Novembru 2011, Low & Bonar u Bonar Technical Fabrics vs Il-Kummissjoni, T‑59/06, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 61, u tat-30 ta’ Novembru 2011, Quinn Barlo et vs Il‑Kummissjoni, T-208/06, Ġabra p. II-7953, punt 144). Fi kliem ieħor, għandu jiġi stabbilit li din l-impriża kienet biħsiebha tikkontribwixxi bl-aġir tagħha stess għall-għanijiet komuni tal-parteċipanti kollha u li hija kienet taf bl-aġir illeċitu maħsub jew implementat minn impriżi oħra sabiex jintlaħqu l-istess għanijiet, jew li hija setgħet b’mod raġonevoli tipprevedihom u li hija kienet lesta li taċċetta r-riskju (sentenza Il‑Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, punt 58 iktar ’il fuq, punti 83, 87 u 203; sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Diċembru 2012, Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, C‑441/11 P, punt 42; u tal-11 ta’ Lulju 2013, Team Rekiris et vs Il‑Kummissjoni, C‑444/11 P, punt 50). |
64 |
L-impriża kkonċernata għandha għalhekk tkun taf il-portata ġenerali u l-karatteristiċi essenzjali tal-akkordju globali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2006, Raiffeisen Zentralbank Österreich et vs Il‑Kummissjoni, T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02, Ġabra p. II-5169, punti 191 u 193, u tal-24 ta’ Marzu 2011, Aalberts Industries et vs Il‑Kummissjoni, T-385/06, Ġabra p. II-1223, punti 111 sa 119). |
65 |
Meta dan huwa l-każ, tittieħed inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanza li impriża ma pparteċipatx fl-elementi kollha li jikkostitwixxu akkordju jew li hija kellha rwol minuri fl-aspetti li fihom hija kienet ipparteċipat biss fil-każ tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u, fejn xieraq, għad-determinazzjoni tal-multa (sentenza Il‑Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, punt 58 iktar ’il fuq, punt 90; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 1998, Buchmann vs Il‑Kummissjoni, T-295/94, Ġabra p. II-813, punt 121). |
66 |
F’dan il-każ, ma huwiex ikkontestat li r-rikorrenti ma pparteċipatx fl-elementi kollha li jikkostitwixxu l-ksur. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ammettiet li r-rikorrenti ma kienet ipparteċipat fl-ebda laqgħa tar-rappreżentanti tal-klabb, kemm matul il-perijodu qabel dak li fih il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rikorrenti pparteċipat fl-akkordju kkontestat kif ukoll matul dan il-perijodu nnifsu. |
67 |
Minn dan isegwi, konformement għall-prinċipji stabbiliti fil-punti 60 sa 64 iktar ’il fuq, li sabiex jiġi stabbilit li r-rikorrenti pparteċipat fil-ksur uniku u kontinwat kopert mid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni għandha turi mhux biss in-natura antikompetittiva tal-kuntatti bejn ir-rikorrenti, minn naħa, u AGC/Splintex u Saint-Gobain, min-naħa l-oħra, bejn Novembru 2001 u Marzu 2003, iżda wkoll li r-rikorrenti kienet taf jew raġonevolment kellha tkun taf, minn naħa, bil-fatt li dawn il-kuntatti kienu intiżi li jikkontribwixxu għall-kisba tal-pjan globali tal-akkordju u, min-naħa l-oħra tal-portata ġenerali u l-karatteristiċi essenzjali ta’ dawn, kif imfakkra fil-punt 55 iktar ’il fuq |
– Fuq in-natura antikompetittiva tal-kuntatti bejn ir-rikorrenti u ċerti kompetituri tagħha
68 |
Skont id-deċiżjoni kkontestata, jirriżulta minn numru ta’ dokumenti u ta’ indizji li r-rikorrenti, permezz tal-aġir tagħha stess, ipparteċipat fit-twettiq tal-għan globali tal-akkordju. Il-Kummissjoni b’mod partikolari tenfasizza li r-rikorrenti kellha kuntatti ta’ natura tali li jistabbilixxu l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur uniku u kontinwat, fit-tmiem tas-sena 2001 (ma’ AGC/Splintex), f’Mejju 2002 (ma’ Saint-Gobain) u matul l-ewwel trimestru 2003 (ma’ AGC/Splintex). |
69 |
Fir-rigward tas-sena 2001, jirriżulta min-noti ta’ spjega stabbiliti mill-ex direttur tad-dipartiment “Produzzjoni” tar-rikorrenti li aġent ta’ din tal-aħħar, D., kellu taħdidiet ma’ impjegat ta’ AGC/Splintex dwar l-għoti ta’ kuntratti għall-provvista ta’ ħġieġ tal-vetturi għal Fiat kif ukoll għas-sussidjarja tagħha Iveco. Skont il-Kummissjoni, dawn in-noti jistabbilixxu li r-rikorrenti aċċettat li ma tikkompetix ma’ AGC/Splintex għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista għal Fiat. Ir-rikorrenti kienet eżiġiet inkambju li AGC/Splintex tgħolli l-prezzijiet tagħha fil-konfront tal-produttur tal-vetturi kummerċjali ta’ Iveco. Sussegwentement, fir-rigward tas-sena 2002, il-Kummissjoni pproduċiet it-traskrizzjoni ta’ konversazzjoni telefonika tat-22 ta’ Mejju 2002 bejn impjegati ta’ Saint-Gobain u K. H., direttur responsabbli mill-bejgħ tar-rikorrenti, li minnu jirriżulta li din tal-aħħar kienet informata bl-akkordju bejn it-tliet produtturi l-kbar. Fl-aħħar nett, fir-rigward tas-sena 2003, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq in-noti ta’ spjega ta’ impjegat ta’ AGC, G., li jindikaw li din l-aħħar impriża u r-rikorrenti kienu kkuntattjaw lil xulxin sabiex jiddiskutu l-kuntratt ta’ provvista ta’ twieqi tal-ġenb intiż għall-mudell il-ġdid tal-vettura Volkswagen Passat. Il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-akkordju globali kien ukoll ikkonfermat permezz ta’ dikjarazzjonijiet orali tal-applikanti għal klemenza. |
70 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett għandu jiġi osservat li, jekk id-dokument li għalih isir riferiment fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 249 tad-deċiżjoni kkontestata, bin-numru ta’ referenza PDR12, anness mar-risposta, fih riferiment għar-rikorrenti kif ukoll ħafna mill-kompetituri tagħha fir-rigward tal-provvista ta’ twieqi għall-bieba ta’ Volkswagen Polo, dan id-dokument, madankollu, għandu d-data tad-29 ta’ Lulju 1999. Dan id-dokument huwa għalhekk preċedenti b’iktar minn sentejn għad-data li minnha l-Kummissjoni kkunsidrat il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-akkordju kkontestat, jiġifieri d-19 ta’ Novembru 2001. Minn dan isegwi li, anki jekk jitqies li dan id-dokument jirrifletti kuntatt antikompetittiv li r-rikorrenti ħadet sehem fih, iżda li l-Kummissjoni għażlet li ma timputax lilha, dan ma għandux ikun ta’ prova tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti għall-ksur uniku u kontinwat kopert mid-deċiżjoni kkontestata, bejn id-19 ta’ Novembru 2001 u l-11 ta’ Marzu 2003. |
71 |
Barra minn hekk, jekk diversi dikjarazzjonijiet tal-applikanti għal klemenza tal-25 ta’ Frar u tal-14 ta’ Marzu 2005 jissuġġerixxu ċerti kuntatti bejn Saint-Gobain u r-rikorrenti matul is-sena 2000, il-Kummissjoni ma kkunsidratx, fid-deċiżjoni kkontestata li dawn jippermettu li tiġi stabbilita l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-pjan globali tal-akkordju bejn il-membri tal-klabb. Għalhekk, jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata li, għalkemm is-sitwazzjoni tar-rikorrenti kienet indirizzata mill-membri tal-klabb qabel ix-xahar ta’ Novembru 2001, billi dawn ipprovaw jinkluduha fid-diskussjonijiet billi jieħdu vantaġġ mill-fatt li r-rikorrenti, kuntrarjament għalihom, ma kinitx f’pożizzjoni tipproduċi l-ħġieġ ċatt b’mod awtonomu, il-Kummissjoni kkunsidrat il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur uniku u kontinwat mid-19 ta’ Novembru 2001, data li fiha ċerti kuntatti seħħew bejn ir-rikorrenti u AGC/Splintex. |
72 |
Barra minn hekk, jirriżulta min-noti meħuda bejn id-19 ta’ Novembru 2001 u t-12 ta’ Diċembru 2001 minn H., li dak iż-żmien kien id-direttur tad-dipartiment “Produzzjoni” tar-rikorrenti, li din tal-aħħar, permezz tal-aġent tagħha għall-Italja, D., kellha ċerti kuntatti kollużivi ma’ AGC/Splintex. Għalhekk, mingħajr ma jista’ jiġi dedott minn dawn in-noti, l-eżistenza ta’ ftehim illegali skont l-Artikolu 81(1) KE, huma jissuġġerixxu li għall-inqas D. u M., li dak iż-żmien kienu diretturi ta’ Splintex, kellhom diskussjonijiet ta’ natura antikompetittiva matul dan il-perjodu, dwar il-kontijiet ta’ Iveco u ta’ Fiat. Ir-rikorrenti, fir-risposta tagħha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, irrikonoxxiet in-natura mhux xierqa tal-passi meħuda mill-impriża mill-aġent tagħha f’dan il-kuntest. |
73 |
Il-Kummissjoni barra minn hekk tipproduċi wkoll it-traskrizzjoni ta’ telefonata magħmula fit-22 ta’ Mejju 2002 minn D. W. u V. G., li dak iż-żmien kienu responsabbli mill-klijenti l-kbar ta’ Saint-Gobain, u K. H., li dak iż-żmien kien id-direttur tal-bejgħ tar-rikorrenti. Din it-traskrizzjoni ta’ paġna ġiet issekwestrata mill-bini tar-rikorrenti. |
74 |
Jirriżulta minn din it-traskrizzjoni li D. W. u V. G. indikaw lil K. H. li Fiat kienet informat lil Saint-Gobain li kienet irċeviet “offerta tajba ferm” minn “fornitur iżgħar” fir-rigward tal-biċċiet ta’ twieqi intiżi għal Lancia Lybra u li Fiat għarrfet lil Saint-Gobain li din tal-aħħar ma setgħatx iżomm dan is-suq jekk ma kinitx lesta tagħmel offerti ġodda u tipproponi prezzijiet ġodda. Barra minn hekk, skont it-termini ta’ din it-traskrizzjoni, ir-responsabbli mill-klijenti l-kbar ta’ Saint-Gobain għamlu riferiment għall-eżistenza ta’ “ftehim ċar fuq it-twieqi” mar-rikorrenti, li jgħid li l-ebda waħda mill-partijiet għal dan il-ftehim ma għandha tgħaddi “prezz assurd u ċertament mhux għal proġetti ta’ parti oħra”. Ir-responsabbli mill-klijenti l-kbar ta’ Saint-Gobain żiedu li ħassew li r-rikorrenti, bl-aġir tagħha, “wettqet żball […] mingħajr konsultazzjoni”. F’dan ir-rigward, Saint-Gobain insistiet dwar il-kooperazzjoni eżistenti bejn it-tliet produtturi l-kbar tal-ħġieġ tal-vetturi għall-mudelli Opel Frontera, Audi A3, Audi A6 u Volkswagen Passat. Jirriżulta wkoll mit-traskrizzjoni li Saint-Gobain talbet għal laqgħa ġewwa Aachen (il-Ġermanja) sabiex jiddiskutu “dwar Lybra kif ukoll il-proġetti segwenti”, li din l-aħħar frażi K. H. interpreta bħala li tirreferi għall-vettura Volkswagen Passat. It-traskrizzjoni fl-aħħar nett tispiċċa bir-rimarka li ġejja: “Jekk jogħġbok iżżomx dan id-dokument, ma għandha tibqa’ ebda traċċa ta’ din il-konversazzjoni”. |
75 |
Skont ir-rikorrenti, din it-traskrizzjoni tippermetti biss li tiġi stabbilita l-iskuntentizza espressa minn Saint-Gobain fir-rigward tal-prezzijiet kompetittivi li kienet tagħmel użu minnhom fil-kuntest tal-provvista ta’ twieqi lil Fiat, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dak intiż għall-vettura Lancia Lybra. |
76 |
Din l-interpretazzjoni ma tistax madankollu tiġi aċċettata. Fil-fatt, jista’ jiġi dedott mill-ifformular ta’ din it-traskrizzjoni li l-manifestazzjoni tal-iskuntentizza tal-persuni inkarigati mill-klijenti l-kbar ta’ Saint-Gobain lir-rikorrenti kellha l-oriġini tagħha fil-ksur minn din tal-aħħar, ta’ ftehim konkluż ma’ Saint-Gobain dwar il-provvista ta’ ħġieġ tal-vetturi intiża għall-vettura Lancia Lybra. Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) KE, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti konkreti ta’ ftehim huwa superfluwu meta jkun jidher li dan għandu bħala għan li jkun ta’ ostakolu, ta’ restrizzjoni jew ta’ distorsjoni fuq il-kompetizzjoni fi ħdan is-suq komuni (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Ottubru 2003, Ensidesa vs Il‑Kummissjoni, C-198/99 P, Ġabra p. I-11111, punt 60, u tal-21 ta’ Settembru 2006, Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektronisch Gebied vs Il‑Kummissjoni, C-105/04 P, Ġabra p. I-8725, punt 136). Għalhekk, il-fatt li impriża li pparteċipat fi ftehim ta’ tqassim tas-suq ma tosservax sussegwentement il-prezzijiet u l-kwoti miftiehma ma huwiex ta’ natura li jeżoneraha (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1989, Belasco et vs Il‑Kummissjoni, 246/86, Ġabra p. 2117; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 1995, Trefileurope vs Il‑Kummissjoni, T-141/89, Ġabra p. II-791, punt 60; ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali Trefilunion vs Il‑Kummissjoni, T-148/89, Ġabra p. II-1063, punt 79). |
77 |
Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għan-noti mħejjija min G., li dak iż-żmien kien direttur kummerċjali ta’ AGC/Splintex, bejn Jannar u Marzu 2003, li juru l-kuntatti li seħħew bejn ir-rikorrenti u r-rappreżentanti ta’ AGC/Splintex u ta’ Saint-Gobain dwar il-mudell il-ġdid tal-vettura Volkswagen Passat. Dawn in-noti jinkludu fihom data partikolari dwar id-diversi biċċiet ta’ twieqi tal-vettura Volkswagen Passat il-ġdida, b’mod partikolari l-prezzijiet. Huma ripetutament jirreferu għal “kumpens” bejn il-produtturi tal-ħġieġ tal-vetturi u jidhru li jindikaw li r-rikorrenti ser tipproduċi 10000 biċċa laminata fis-sena. |
78 |
Hekk kif hija stess tammetti, ir-rikorrenti kkuntattjat lil AGC/Splintex numru ta’ drabi permezz tat-telefon fil-bidu tal-2003, sabiex jiddiskutu l-provvista ta’ twieqi għall-vettura Volkswagen Passat il-ġdida. Ir-rikorrenti ssostni, madankollu, li hija fi kwalunkwe każ ma kinitx ġiet żgurata li hija kienet ħadet dan il-kuntratt u li l-ordni għat-twieqi li fl-aħħar mill-aħħar Volkswagen għaddiet seta’ jiġi spjegat min-natura kompetittiva tal-offerta tagħha kif ukoll mill-“kwalità eċċellenti tal-prodott li [hija] kienet pprovdiet għall-mudell Passat preċedenti bi prezz kompetittiv ħafna”. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li t-tliet produtturi l-kbar tal-ħġieġ tal-vetturi kienu, mill-2001, iddeċidew li jaqsmu l-provvisti intiżi għall-mudell il-ġdid tal-vettura Volkswagen Passat bejn Saint-Gobain, Pilkington u hija stess bl-istess mod bħall-mudell preċedenti, u dan indipendentement mir-rieda tagħha. |
79 |
Dawn l-ispjegazzjonijiet, madankollu, ma jistgħux jintlaqgħu. Huwa minnu li n-noti ta’ G., prodotti mill-Kummissjoni, ma joħorġux mir-rikorrenti nnifisha. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li din, fir-risposta tagħha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, irrikonoxxiet l-inadegwatezza tal-kuntatti tagħha ma’ AGC fil-bidu tal-2003. Barra minn hekk, diversi siltiet tad-dikjarazzjonijiet tal-applikanti għal klemenza jikkorroboraw il-fatt li matul kuntatti telefoniċi ma’ AGC/Splintex fl-2003, ir-rikorrenti talbet għall-għoti ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ twieqi tal-ġenb intiż għall-mudell il-ġdid tal-vettura Volkswagen Passat, il-ġdida sabiex iżżomm is-suq li kienet kisbet għall-mudell preċedenti tal-istess vettura. Skont dawn l-istess dikjarazzjonijiet, Saint-Gobain u AGC/Splintex qablu li r-rikorrenti għandha tkompli tipprovdi t-twieqi tal-ġenb tal-vettura Volkswagen Passat il-ġdida. Barra minn hekk, jidher mit-traskrizzjoni tal-konversazzjoni telefonika tat-22 ta’ Mejju 2002 bejn K. H., minn naħa, u D. W. u V. G., min-naħa l-oħra, imsemmija fil-punti 73 sa 76 iktar ’il fuq, li r-rikorrenti kienet taf, minn dak il-mument, bl-intenzjoni ta’ Saint-Gobain li jiddiskutu t-tqassim tal-provvista ta’ twieqi intiż għall-vettura Volkswagen Passat il-ġdida. |
80 |
Għalhekk, ikun leġittimu li wieħed jassumi li fil-bidu tal-2003, ir-rikorrenti kellha kuntatti kollużivi ma’ AGC/Splintex dwar il-provvista ta’ twieqi tal-ġenb intiżi għall-mudell tal-vettura Volkswagen Passat il-ġdida. Il-fatt li t-tliet produtturi l-kbar tal-ħġieġ tal-vetturi ddeċidew mill-2001, mingħajr ma kkonsultaw ir-rikorrenti, li l-provvista ta’ twieqi intiża għal dan il-mudell ġdid għandha titqassam bl-istess mod bħall-mudell preċedenti bejn Saint-Gobain, Pilkington u r-rikorrenti huwa irrilevanti f’dan ir-rigward. Fil-fatt, anki jekk dan il-fatt jitqies stabbilit, jirriżulta mill-fajl li l-ħruġ tal-mudell Volkswagen Passat il-ġdid wassal għal diskussjonijiet kollużivi speċifiċi li din id-darba implikaw lir-rikorrenti. |
81 |
Għalhekk, jirriżulta mir-raġunament li għadu kif tressaq li huwa mingħajr żball li l-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrenti kellha ċerti kuntatti bilaterali ta’ natura antikompetittiva ma’ AGC/Splintex, minn naħa, u Saint-Gobain, min-naħa l-oħra, bejn Novembru 2001 u Marzu 2003. |
– Fuq il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-akkordju globali fis-suq tal-ħġieġ tal-vetturi bejn il-membri tal-klabb
82 |
Konformement mal-prinċipji stabbiliti fil-punti 60 sa 64 iktar ’il fuq, il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ ċerti kuntatti bilaterali ta’ natura antikompetittiva bejn ir-rikorrenti u AGC/Splintex, minn naħa, u Saint-Gobain, min-naħa l-oħra, bejn Novembru 2001 u Marzu 2003, ma kinux biżżejjed madankollu biex tikkonkludi l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur uniku u kontinwat li huwa s-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata. Għalhekk, peress li ma huwiex ikkontestat li r-rikorrenti ma pparteċipatx f’waħda mill-laqgħat tal-klabb, huwa fil-fatt meħtieġ li jiġi vverifikat jekk, minn naħa, hija kellha tkun taf jew li neċessarjament kellha tkun taf li l-kollużjoni li pparteċipat fiha kienet parti minn pjan globali ta’ dan il-ksur uniku u kontinwat, kif imfakkar fil-punt 55 iktar ’il fuq, u, min-naħa l-oħra, li kienet taf jew li kellha tkun taf il-portata ġenerali u l-karatteristiċi essenzjali tal-akkordju globali. |
83 |
Għalhekk il-Qorti Ġenerali għandha tivverifika jekk il-Kummissjoni wettqitx żball meta kkonkludiet li r-rikorrenti kienet taf jew kellha tkun taf, li l-kuntatti kollużivi li ġew diskussi fil-punti 68 sa 81 iktar ’il fuq kienu parti minn akkordju fuq is-suq kollu għall-provvista tal-ħġieġ tal-vetturi fiż-ŻEE, permezz tal-koordinazzjoni tal-politiki tal-prezzijiet kif ukoll tal-istrateġiji ta’ provvista tal-klijentela, bil-għan taż-żamma tal-istabbiltà globali tal-pożizzjonijiet tal-partijiet fuq dan is-suq, flimkien ma’ monitoraġġ regolari tal-partijiet mis-suq kif ukoll miżuri ta’ korrezzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza Buchmann vs Il‑Kummissjoni, punt 65 iktar ’il fuq, punti 118 sa 122). |
84 |
F’dan ir-rigward, għandu jingħad, fl-ewwel lok, li fl-ittra ta’ terminazzjoni tal-akkordju kkontestat indirizzata lill-Kummissjoni minn avukat Ġermaniż li kien qed jaġixxi għan-nom ta’ klijent anonimu (ara l-punt 4 iktar ’il fuq), ir-rikorrenti ma ġietx ippreżentata bħala impriża li pparteċipat fl-akkordju. |
85 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni, fil-premessi 113 u 114 tad-deċiżjoni kkontestata, tirreferi għal żewġ laqgħat importanti tal-klabb li saru fis-6 ta’ Diċembru 2001 u fl-10 ta’ Lulju 2002, matul liema dawn l-impriżi wettqu evalwazzjoni globali tal-funzjonament tal-akkordju kkontestat u adattamenti neċessarji sabiex effettivament titkompla l-kollużjoni tagħhom fuq il-partijiet mis-suq. Ġew żviluppati tabelli matul dawn il-laqgħat, li jindikaw xi previżjonijiet jew għanijiet tal-partijiet mis-suq ta’ kull waħda minn dawn it-tliet impriżi. |
86 |
Issa, minn naħa, huwa stabbilit li r-rikorrenti ma pparteċipat fl-ebda waħda minn dawn iż-żewġ laqgħat, anki jekk dawn seħħew matul il-perijodu li fih il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm parteċipazzjoni min-naħa tagħha fil-ksur. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti ma hijiex imsemmija fit-tabelli ta’ previżjoni ta’ partijiet mis-suq imħejjija mit-tliet produtturi l-kbar tal-ħġieġ tal-vetturi matul dawn il-laqgħat. |
87 |
Fit-tielet lok, in-noti bil-miktub eżaminati fil-punti 72 sa 80 iktar ’il fuq ma jippermettux li wieħed jikkonkludi li r-rikorrenti neċessarjament kellha tifhem li, billi kien hemm ċerti skambji bilaterali ta’ natura antikompetittiva ma’ AGC/Splintex u ma’ Saint-Gobain fl-aħħar tal-2001, fl-2002 u fil-bidu tal-2003, hija kienet parti minn akkordju globali intiż sabiex tiġi żgurata stabbiltà tal-partijiet mis-suq tal-parteċipanti f’dan l-akkordju fiż-ŻEE kollu. |
88 |
Diversi siltiet tan-noti meħuda minn impjegat tar-rikorrenti f’Novembru u f’Diċembru 2001 jipprovdu indizji li juru li r-rikorrenti kienet taf li kien hemm ftehim bejn it-tliet produtturi l-kbar tal-ħġieġ tal-vetturi, li jmur lil hinn mis-suq Taljan. Għalhekk naqraw fin-nota tad-19 ta’ Novembru 2001, li “[M.] huwa favorevoli għal ftehim ma’ Splintex-Soliver, hekk kif ġa kien hemm ftehim ma’ Saint-Gobain u Pilkington […]” u, fin-nota tat-30 ta’ Novembru 2001, li “[M.] ċertament jixtieq jindirizza, f’tali laqgħa, it-twieqi tal-vetturi għall-pajjiżi kollha u mhux biss għall-Italja”. Jirriżulta wkoll min-nota tat-30 ta’ Novembru 2001 li r-rikorrenti kien jaf li M. x’aktarx kien qed ifittex li jestendi d-diskussjoni għall-Ewropa, anki jekk l-istess nota turi li r-rikorrenti inkarigat lil D. “jitkellem biss dwar is-suq Taljan” matul il-laqgħa prevista miegħu fl-4 ta’ Diċembru 2001. Barra minn hekk, jirriżulta min-nota tat-12 ta’ Diċembru 2001 li, għalkemm il-laqgħa seħħet, D. madankollu kien “ferm impreċiż” dwar dan u li, f’din l-okkażjoni, ma “ssemmietx iktar laqgħa [bejn S. B., li dak iż-żmien kien id-direttur tar-rikorrenti, u M., direttur ta’ Splintex]”. Fl-istess nota, H. għal darb’oħra ta “l-impressjoni [li] D. Iddiskuta ma’ M. problemi oħra li ma kellhom xejn x’jaqsam [mar-rikorrenti]”. |
89 |
Ċertament, ukoll it-traskrizzjoni tal-konversazzjoni telefonika tad-29 ta’ Mejju 2002 tirreferi għal “kooperazzjoni” fost it-tliet produtturi l-kbar tal-ħġieġ tal-vetturi dwar erba’ mudelli ta’ vetturi, li jaqgħu taħt żewġ gruppi fis-settur tal-vetturi, jiġifieri General Motors għall-vettura Opel Frontera u Volkswagen għall-vetturi Audi A3 u A6 kif ukoll għall-vettura Volkswagen Passat. Minħabba fin-natura ta’ dawn il-kuntatti kif ukoll il-kuntest li fih seħħew, ir-rikorrenti raġonevolment setgħat tassumi li dawn il-ftehimiet jew kooperazzjoni kienu ta’ natura antikompetittiva. Ir-rikorrenti ammettiet ukoll, fir-risposta tagħha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li ż-żidiet sinjifikattivi fil-prezz tal-ħġieġ ċatt li hija kienet iffaċċjata bihom, b’mod partikolari fil-bidu tal-2001, kienu ssuġġerewlha l-eżistenza ta’ kuntatti kollużivi bejn it-tliet produtturi l-kbar tal-ħġieġ tal-vetturi. |
90 |
Madankollu, dawn l-elementi ma humiex biżżejjed sabiex juru li r-rikorrenti kienet taf jew kellha neċessarjament tkun taf bl-għan ġenerali li jiġi stabbilizzat is-suq tal-ħġieġ tal-vetturi mfittex mill-membri tal-klabb, permezz ta’ numru ta’ prattiki kollużivi li jirrigwardaw kważi l-produtturi kollha tal-vetturi. Għalhekk, ir-riferimenti għal “ftehimiet” jew “kooperazzjoni” ma jipprovdu l-ebda indikazzjoni dwar in-natura u l-portata tal-akkordju bejn it-tliet produtturi l-kbar tal-ħġieġ tal-vetturi. Bl-istess mod, lanqas ma jista’ jiġi dedott mir-riferiment għal kooperazzjoni dwar erba’ mudelli ta’ vetturi tal-passiġġieri, li jaqgħu biss f’żewġ gruppi tas-settur tal-vetturi, li r-rikorrenti neċessarjament kellha tifhem il-portata globali tal-akkordju, peress li tfittex li jiġi stabbilizzat is-suq kollu, billi tali riferiment setgħa jinftiehem bħala li jirrifletti prattiki antikompetittivi speċifiċi relatati mal-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ provvista, mingħajr ma dan jimplika għan ġenerali ta’ żamma tal-partijiet mis-suq tal-parteċipanti. |
91 |
Għal dawn ir-raġunijiet, id-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni ma jippermettux li jiġi stabbilit li r-rikorrenti kienet taf jew li neċessarjament kellha tkun taf, il-metodi operattivi essenzjali tal-akkordju kkontestat, jiġifieri, l-ewwel nett, il-koordinazzjoni tal-politiki tal-prezzijiet kif ukoll tal-istrateġiji ta’ provvista tal-produtturi tal-vetturi, it-tieni nett, il-fatt li l-laqgħat bilaterali u trilaterali ġew regolarment miżmuma bejn il-membri tal-klabb sabiex jiddiskutu l-monitoraġġ tal-partijiet mis-suq kif ukoll it-twettiq ta’ kollużjonijiet b’mod konkret, deċiż matul il-laqgħat preċedenti dwar l-għoti ta’ kuntratti għall-provvista speċifiċi u, it-tielet nett, il-fatt li l-miżuri ta’ korrezzjoni, taħt il-forma ta’ kumpens għal ċerti kuntratti ta’ provvista, li kienu ġew deċiżi matul l-għoti ta’ kuntratt ta’ provvista ma marrux kif previst, sabiex jiġi żgurat li s-sitwazzjoni globali tal-offerta fiż-ŻEE tkun konformi mat-tqassim miftiehem. |
92 |
Fir-rigward tan-noti meħuda fl-2003 minn impjegat ta’ AGC/Splintex, dawn ma jaffettwawx dawn il-konklużjonijiet peress li, minn naħa, jikkostitwixxu noti interni għal AGC/Splintex u li, min-naħa l-oħra u f’kull każ, dawn ma jkunx fihom elementi li jistabbilixxu li r-rikorrenti kienet taf jew li kellha tkun neċessarjament taf il-portata ġenerali u l-karatteristiċi essenzjali tal-akkordju kkontestat kif deskritti iktar ’il fuq. |
93 |
Ir-raba’ nett, l-applikanti għal klemenza, f’dikjarazzjoni lill-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2005, ikkummentat dwar uħud min-noti meħuda minn B., ex direttur tal-bejgħ ta’ AGC/Splintex. Fil-kuntest ta’ din id-dikjarazzjoni, l-applikanti għal klemenza ppreżentat ir-rikorrenti bħala terz għall-akkordju bejn il-membri tal-klabb. Madankollu, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, din id-deskrizzjoni ma kinitx saret dwar għoti ta’ kuntratt preċiż, iżda fuq it-tqassim tal-partijiet mis-suq ta’ dawn il-membri fil-konfront tal-produttur Fiat, kif rifless fin-noti meħuda minn B. matul laqgħa tal-klabb li saret fit-30 ta’ April 2002. Għalhekk, din id-deskrizzjoni ma kinitx biss tirrigwarda perijodu li fih il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur ġie kkunsidrat mill-Kummissjoni, iżda, kienet tikkonċerna wieħed mill-produtturi li fir-rigward tiegħu l-Kummissjoni identifikat l-eżistenza ta’ kuntatti kollużivi bejn ir-rikorrenti u AGC/Splintex, fuq il-bażi ta’ noti bil-miktub meħuda minn impjegat tar-rikorrenti matul Novembru u Diċembru 2001, jiġifieri diversi xhur qabel il-laqgħa tat-30 ta’ April 2002. |
94 |
Barra minn hekk, fl-istess silta mid-dikjarazzjonijiet tagħha, l-applikanti għal klemenza indikat li meta kuntratt kien miksub minn kompetitur ta’ wieħed mill-membri tal-klabb, l-applikanti għal klemenza tiċċita f’dan ir-rigward lir-rikorrenti, li tgħid li tali għotja ta’ kuntratt ta’ provvista ma jagħtix lok għal kumpens. Din il-parti tal-fajl għalhekk tindika li, fi żmien meta l-Kummissjoni kkunsidrat il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur uniku u kontinwu li kien is-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata, l-għoti minn produttur ta’ vetturi ta’ kuntratt ta’ provvista lir-rikorrenti ma kienx jinvolvi l-implementazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kumpens bejn il-membri tal-klabb. Għalhekk, hekk kif b’mod partikolari ġie mfakkar fil-punti 21 u 55 iktar ’il fuq, dan il-mekkaniżmu kellu post ċentrali fl-operat tal-akkordju kkontestat minħabba li jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan li jiżgura ż-żamma tal-istabbiltà globali tal-partijiet mis-suq tal-impriżi parteċipanti, minkejja l-każijiet fejn it-tqassim tal-kuntratti ta’ provvista deċiżi preċedentement fi ħdan il-klabb naqsu milli jimmaterjalizzaw. |
95 |
Il-ħames nett, l-argument tal-Kummissjoni li r-riferimenti għar-rikorrenti fin-noti meħuda matul il-laqgħat li seħħew fis-27 ta’ Ottubru u fid-9 ta’ Novembru 2000 jikkonfermaw mhux biss li t-tliet produtturi l-kbar tal-ħġieġ tal-vetturi kienu pprevedew rwol għar-rikorrenti fit-twettiq tal-pjan globali tal-akkordju, iżda wkoll li r-rikorrenti kienet taf jew kellha neċessarjament tkun taf b’dan il-pjan, ma għandux jintlaqa’. |
96 |
Fir-rigward ta’ dan il-punt, għandu jiġi nnotat li ż-żewġ laqgħat li għalihom tirreferi l-Kummissjoni seħħew iktar minn sena qabel id-data li minnha hija kkunsidrat il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur kontenzjuż. Barra minn hekk, ir-rikorrenti kkontestat li ħadet sehem f’dawn id-diskussjonijiet jew li kienet informata minn wieħed mill-parteċipanti ta’ dawn bil-kontenut tagħhom. Fir-rigward tal-laqgħa tad-9 ta’ Novembru 2000, il-Kummissjoni barra minn hekk irrikonoxxiet fil-premessa 294 tad-deċiżjoni kkontestata, li ma kien hemm l-ebda prova li n-noti dwar din il-laqgħa, li fiha jsir riferiment għar-rikorrenti, kienu ġew abbozzati minn din tal-aħħar u kkomunikati f’isimha minn wieħed mill-parteċipanti. |
97 |
Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li peress li dawn ir-riferimenti għar-rikorrenti, li jinsabu fin-noti meħuda kmieni ħafna fil-bidu tal-allegat involviment tagħha fil-ksur u waqt laqgħat fejn ma jkunx jidher li hija pparteċipat, ma jippermettux li jiġi stabbilit li kienet taf jew li kellha tkun neċessarjament taf il-portata ġenerali u l-karatteristiċi essenzjali tal-akkordju kkontestat kif miġbura fil-qosor fil-punt 55 iktar ’il fuq. |
98 |
Is-sitt nett, fir-rigward tar-riferiment magħmul mill-Kummissjoni matul is-seduta, għal diversi siltiet mid-dikjarazzjonijiet tal-applikanti għal klemenza, għandu jiġi kkonstatat li dawn ma humiex ta’ natura tali li jikkontestaw din il-konklużjoni. Fil-fatt, minn naħa, id-deċiżjoni kkontestata ma fiha ebda motivazzjoni speċifika intiża li tesponi għalfejn dawn is-siltiet huma ta’ natura, moqrija jew le, flimkien man-noti bil-miktub eżaminati fil-punti 72 sa 80 u 87 sa 92 iktar ’il fuq, li jistabbilixxu li r-rikorrenti kienet taf jew neċessarjament kellha tkun taf il-portata ġenerali u l-karatteristiċi essenzjali tal-akkordju globali kif ukoll il-fatt li l-kuntatti li kellha mal-kompetituri bejn l-aħħar tal-2001 u Marzu 2003 kienu parti mit-twettiq tiegħu. Min-naħa l-oħra u f’kull każ, dawn is-siltiet ma jwasslux għal tali konklużjoni. |
99 |
Fl-aħħar nett, is-seba’ nett, id-differenza bejn il-kuntest ta’ din il-kawża u dak tal-kawża li tat lok għas-sentenza Sigma Tecnologie vs Il‑Kummissjoni, punt 53 iktar ’il fuq, hekk kif ġie enfasizzat mill-Kummissjoni, ma huwiex determinanti f’din il-kawża. |
100 |
Ċertament, kuntrarjament għall-kawża preżenti, il-kawża Sigma Tecnologie vs Il‑Kummissjoni, li tikkonċerna prattiki kollużivi fis-settur tal-pajpijiet tal-ħadid mhux magħquda, kienet ikkaratterizzata, hekk kif innotat mill-Kummissjoni, minn struttura ta’ akkordju fuq żewġ livelli, f’dan il-każ nazzjonali u Ewropew. Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni ma kinitx uriet li Sigma Tecnologie, matul il-parteċipazzjoni tagħha fil-ftehim fis-suq Taljan, kienet taf bl-attivitajiet antikompetittivi fuq livell Ewropew ta’ impriżi oħra jew li hija setgħat raġonevolment tista’ tipprevedihom (sentenza Sigma Tecnologie vs Il‑Kummissjoni, punt 53 iktar ’il fuq, punt 44). |
101 |
Madankollu, ma hemm l-ebda raġuni li tiġġustifika l-applikazzjoni tal-prinċipju implementat mis-sentenza Sigma Tecnologie vs Il‑Kummissjoni, punt 53 iktar ’il fuq, li jgħid li s-sempliċi identiċità tas-suġġett bejn ftehim li fih ipparteċipat impriża u akkordju globali ma huwiex biżżejjed biex din l-impriża tinżamm responsabbli għall-parteċipazzjoni fl-akkordju globali, għandu jkun limitat għall-ipoteżi ta’ akkordji fejn il-ftehimiet huma konklużi fuq livelli differenti ġeografiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Buchmann vs Il‑Kummissjoni, punt 65 iktar ’il fuq, punti 118 sa 122; ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza Quinn Barlo et vs Il‑Kummissjoni, punt 63 iktar ’il fuq, punti 142 sa 151). L-uniku kriterju determinanti sabiex tiġi stabbilita l-parteċipazzjoni ta’ impriża f’akkordju globali jikkonsisti fil-fatt fl-eżami ta’ jekk din l-impriża, meta hija pparteċipat f’dan il-ftehim jew f’ieħor jew fi prattiki miftiehma, kienet taf jew kellha tkun taf li, billi għamlet hekk, hija kienet qed tinvolvi ruħha f’akkordju globali li jikkostitwixxi l-espressjoni tal-adeżjoni tagħha ma’ dan l-istess akkordju. |
102 |
Jirriżulta mir-raġunament espost fil-punti 84 sa 98 iktar ’il fuq li din il-prova ma ġietx ippreżentata mill-Kummissjoni f’din il-kawża. F’dan ir-rigward huwa irrilevanti li l-akkordju kkontestat kien ġie organizzat biss fuq il-livell taż-ŻEE. |
103 |
Hemm bżonn li jingħad ukoll dwar dan il-punt, li l-Kummissjoni ma kinitx sostniet l-affermazzjoni tagħha li, kuntrarjament għall-akkordju fis-suq Taljan fil-kawża li tat lok għas-sentenza Sigma Tecnologie vs Il‑Kummissjoni, punt 53 iktar ’il fuq, huwa improbabbli li d-diskussjonijiet bilaterali ta’ natura antikompetittiva tar-rikorrenti ma’ tnejn mill-kompetituri tagħha kienu kapaċi jagħmlu sens jekk dawn ma kinux parti minn pjan globali usa. Min-naħa l-oħra, hekk kif diġà ġie indikat fil-punt 90 iktar ’il fuq, kien konċepibbli li l-prattiki kollużivi jiġu deċiżi ad hoc fid-dawl tal-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ provvista, mingħajr ma dan jimplika għan ġenerali ta’ żamma tal-partijiet mis-suq tal-parteċipanti għal tali prattiki fis-suq tal-ħġieġ tal-vetturi fiż-ŻEE. |
104 |
Il-provi prodotti mill-Kummissjoni għalhekk ma jikkostitwixxux sensiela ta’ indizji suffiċjenti sabiex tikkonkludi li r-rikorrenti pparteċipat fil-ksur uniku u kontinwat li jimplika t-tliet produtturi l-kbar tal-ħġieġ tal-vetturi, li hija s-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata. |
105 |
F’dan il-kuntest, hemm lok ukoll li jiġi miċħud l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li r-rikorrenti ma ddistanzjatx ruħha pubblikament mill-kontenut tal-laqgħat tal-membri tal-klabb sabiex tevita r-responsabbiltà allegatament marbuta mal-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur uniku u kontinwat imwettaq minn dawn tal-aħħar. Fil-fatt, tali konstatazzjoni tkun rilevanti biss fil-każ li l-Kummissjoni tkun issodisfat l-oneru tal-prova li għandha, li ma huwiex il-każ f’din il-kawża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Jannar 2004, BAI u Il‑Kummissjoni vs Bayer, C-2/01 P u C-3/01 P, Ġabra p. I-23, punti 62 u 63). |
106 |
Minn dan isegwi li dan l-ewwel motiv għandu jintlaqa’. |
Fuq il-konsegwenzi, f’termini ta’ annullament, tal-illegalità identifikata fil-kuntest tal-ewwel motiv
107 |
Minħabba fl-iżviluppi deskritti fil-punti 68 sa 81 iktar ’il fuq, li jindikaw li r-rikorrenti pparteċipat f’xi diskussjonijiet bilaterali ta’ natura antikompetittiva ma’ AGC/Splintex u ma’ Saint-Gobain bejn Novembru 2001 u Marzu 2003, huwa wkoll meħtieġ li jitqiesu l-konsegwenzi, f’termini ta’ annullament, tal-illegalità identifikata fil-kuntest tal-analiżi tal-ewwel motiv. |
108 |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-att li huwa s-suġġett ta’ rikors għal annullament għandu biss jiġi ddikjarat null u li ma seħħx meta dan ir-rikors huwa fondat (sentenza Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, punt 63 iktar ’il fuq, punt 36). Għalhekk, is-sempliċi fatt li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra motiv invokat mir-rikorrenti insostenn tar-rikors tagħha għal annullament bħala fondat, ma jippermettilhiex tannulla awtomatikament l-att ikkontestat fit-totalità tiegħu. Fil-fatt, annullament totali ma jistax jiġi aċċettat meta jidher ċar li dan il-motiv, li jirrigwarda biss punt speċifiku tal-att ikkontestat, jista’ jwassal biss għal annullament parzjali (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, punt 63 iktar ’il fuq, punt 37, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
109 |
Għalhekk, jekk impriża direttament tkun involuta f’wieħed jew iktar mill-aġir antikompetittiv li jikkostitwixxu ksur uniku u kontinwat, iżda ma jkunx ġie stabbilit li, permezz tal-aġir tagħha stess, huwa maħsub li tikkontribwixxi għall-għanijiet komuni mfittxija mill-parteċipanti l-oħra fl-akkordju u li kienet taf bil-komponenti illegali kollha l-oħra previsti jew implementati minn dawn il-parteċipanti fit-tfittxija li jintlaħqu dawn l-għanijiet komuni jew li raġonevolment setgħat tipprevedihom u li kienet lesta taċċetta r-riskju li joħolqu, il-Kummissjoni tista’ biss tattribwixxilha r-responsabbiltà biss ta’ dak l-aġir li fih kienet direttament ipparteċipat u fl-aġir previst jew implementat mill-parteċipanti l-oħra fit-tfittxija sabiex jintlaħqu l-istess għanijiet bħal dawk imfittxija minnha u għalhekk li hemm il-prova li hija kienet taf jew setgħet raġonevolment ipprevediethom u li kienet lesta li taċċetta r-riskju (sentenza Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, punt 63 iktar ’il fuq, punt 44). Madankollu, dan ma jwassalx għall-eżenzjoni ta’ din l-impriża mir-responsabbiltà tagħha għall-aġir li pparteċipat fih jew li setgħat effettivament tinżamm responsabbli tiegħu (sentenza Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, punt 63 iktar ’il fuq, punt 45). |
110 |
Madankollu, ma huwiex possibbli għalhekk li taqsam deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkwalifika akkordju globali ta’ ksur uniku u kontinwat jekk, minn naħa, l-impriża inkwistjoni kienet f’pożizzjoni, matul il-proċedura amministrattiva, li tifhem li ġew ikkontestati mhux biss parteċipazzjoni f’dan il-ksur, iżda wkoll kull aġir li jikkostitwixxi dan, u għalhekk li tiddefendi ruħha fuq dan il-punt, u jekk, min-naħa l-oħra, din id-deċiżjoni hijiex suffiċjentement ċara f’dan ir-rigward (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, punt 63 iktar ’il fuq, punt 46). |
111 |
F’din il-kawża, il-Kummissjoni ssostni, fil-kontroreplika tagħha, li l-provi miġbura dwar il-kuntatti bilaterali bejn ir-rikorrenti u AGC/Splintex kif ukoll Saint-Gobain jindikaw l-eżistenza ta’ prattiki miftiehma li huma pprojbiti mid-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. |
112 |
Indipendentement mill-fondatezza eventwali ta’ din l-affermazzjoni, madankollu għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata ma tikkwalifikax b’mod awtonomu l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-kuntatti bilaterali li hija kellha ma’ AGC/Splintex u Saint-Gobain bejn tmiem is-sena 2001 u Marzu 2003 ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE. Il-Kummissjoni sabet ukoll fil-premessa 498 tad-deċiżjoni kkontestata, li “[k]ien ġie deċiż li jkun artifiċjali jekk dan l-aġir kontinwu [tal-impriżi kkonċernati], ikkaratterizzat minn għan waħdieni, jiġi maqsum b’mod li jitqies bħala diversi ċirkustanzi distinti ta’ ksur, filwaqt li bil-kontra ta’ dan, dan [kien] ksur uniku li seħħ b’mod progressiv kemm permezz ta’ diversi ftehim kif ukoll permezz ta’ prattiki miftiehma” (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Lulju 2013, Il‑Kummissjoni vs Aalberts Industries et, C‑287/11 P, punt 65). |
113 |
Madankollu, skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 110 iktar ’il fuq, il-qorti tal-Unjoni ma tistax, f’ċirkustanzi bħal dawn, tipproċedi hija stess għal tali kwalifika, mingħajr ma tkun qed tnaqqas mill-kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikolu 85 KE fir-rigward tat-tressiq ta’ azzjonijiet u tat-trażżin tal-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. |
114 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi deċiż, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġu eżaminati l-motivi l-oħra tar-rikors, li l-Artikolu 1(d) u l-Artikolu 2(d) tad-deċiżjoni kkontestata, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ rettifika C (2009) 863 finali, huma annullati, sa fejn, minn naħa, ġiet ikkonstatata l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti, mid-19 ta’ Novembru 2001 sal-11 ta’ Marzu 2003, f’akkordju illeċitu fis-suq tal-ħġieġ tal-vetturi fiż-ŻEE u fejn, min-naħa l-oħra, ġiet imposta fuqha multa ta’ EUR 4 396 000 f’dan ir-rigward. |
Fuq l-ispejjeż
115 |
Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. |
116 |
Peress li l‑Kummissjoni tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż, skont it-talbiet tar-rikorrenti. |
Għal dawn il-motivi, IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Forwood Dehousse Schwarcz Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-10 ta’ Ottubru 2014. Firem |
Werrej
Id-deċiżjoni kkontestata |
|
Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet |
|
Id-dritt |
|
L-argumenti tal-partijiet |
|
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali |
|
Fuq il-fondatezza tal-argumenti tar-rikorrenti |
|
– Osservazzjonijiet preliminari u tfakkir tal-prinċipji |
|
– Fuq in-natura antikompetittiva tal-kuntatti bejn ir-rikorrenti u ċerti kompetituri tagħha |
|
– Fuq il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-akkordju globali fis-suq tal-ħġieġ tal-vetturi bejn il-membri tal-klabb |
|
Fuq il-konsegwenzi, f’termini ta’ annullament, tal-illegalità identifikata fil-kuntest tal-ewwel motiv |
|
Fuq l-ispejjeż |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.