This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TA0520
Case T-520/09: Judgment of the General Court of 10 July 2012 — TF1 and Others v Commission (State aid — Public service broadcasting — Aid intended to be granted by the French Republic to France Télévisions — Budgetary grant for 2009 — Decision not to raise objections — Service of general economic interest — Criterion of proportionality — No serious difficulties)
Kawża T-520/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Lulju 2012 — TF1 et vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku tax-xandir — Għajnuna li r-Repubblika Franċiża għandha l-intenzjoni tagħti lil France Télévisions — Sussidju baġitarju fir-rigward tas-sena 2009 — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Kriterju ta’ proporzjonalità — Assenza ta’ diffikultajiet serji” )
Kawża T-520/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Lulju 2012 — TF1 et vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku tax-xandir — Għajnuna li r-Repubblika Franċiża għandha l-intenzjoni tagħti lil France Télévisions — Sussidju baġitarju fir-rigward tas-sena 2009 — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Kriterju ta’ proporzjonalità — Assenza ta’ diffikultajiet serji” )
ĠU C 250, 18.8.2012, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2012 — TF1 et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-520/09) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku tax-xandir - Għajnuna li r-Repubblika Franċiża għandha l-intenzjoni tagħti lil France Télévisions - Sussidju baġitarju fir-rigward tas-sena 2009 - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Kriterju ta’ proporzjonalità - Assenza ta’ diffikultajiet serji)
2012/C 250/21
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Télévision française 1 (TF1) (Boulogne Billancourt, Franza), Métropole télévision (M6) (Neuilly-sur-Seine, Franza), Canal + (Issy Les Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Hordies u C. Smits, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. De Bergues u J. Gstalter, aġenti); u France Télévisions (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Gunther u A. Giraud, avukati)
Suġġett
Talba intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Settembru 2009 dwar sussidju baġitarju favur France Télévisions, sa fejn, f’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward ta’ sussidju baġitarju ta’ ammont massimu ta’ EUR 450 miljun fir-rigward tas-sena 2009.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat. |
(2) |
Télévision française 1 (TF1), Métropole télévision (M6) u Canal + huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea u minn France Télévisions. |
(3) |
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |