Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0392

    Kawża T-392/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Diċembru 2012 — 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, minbarra fl-Irlanda, fi Spanja, fil-Portugall u fir-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Dħul mill-bejgħ rilevanti — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont ta’ multi tal-2006 — Kapaċità kontributtiva” )

    ĠU C 32, 2.2.2013, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2012 — 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-392/09) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, minbarra fl-Irlanda, fi Spanja, fil-Portugall u fir-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Dħul mill-bejgħ rilevanti - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont ta’ multi tal-2006 - Kapaċità kontributtiva)

    2013/C 32/23

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: 1. garantovaná a.s. (Bratislava, is-Slovakja) (rappreżentanti: inizjalment M. Powell, solicitor, A. Sutton u G. Forwood, barristers, sussegwentment M. Powell, G. Forwood, M. Staroň u P. Hodál, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bourke, N. von Lingen u A. Tokár, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/39.396 — reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), inkwantu tirrigwarda r-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    1. garantovaná a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 297, 5.12.2009


    Top