Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0374

    Kawża T-374/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 28 ta’ Novembru 2013 — Lorenz Shoe Group vs UASI — Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making (Ganeder) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Ganeder — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Ganter — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 15, 18.1.2014, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 15/14


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2013 — Lorenz Shoe Group vs UASI — Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making (Ganeder)

    (Kawża T-374/09) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Ganeder - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Ganter - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2014/C 15/18

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lorenz Shoe Group AG (Taufkirchen an der Pram, l-Awstria) (rappreżentanti: inizjalment M. Douglas, sussegwentement N. Hebeis, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: R. Pethke u A. Schifko, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making Co. Ltd (Cangshan Fuzhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: A. Paschke, avukat)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1289/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn shoe fashion group Lorenz Group AG u Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making Co. Ltd.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-16 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1289/2008-1), hija annullata.

    (2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Lorenz Shoe Group AG.

    (3)

    Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


    Top