Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0352

    Kawża T-352/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Diċembru 2012 — Novácke chemické závody vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Multi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Kapaċità kontributorja” )

    ĠU C 32, 2.2.2013, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/15


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Novácke chemické závody vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-352/09) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Kapaċità kontributorja)

    2013/C 32/22

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Novácke chemické závody, a.s. (Nováky, is-Slovakkja) (rappreżentanti: inizjalment A. Černejová, sussegwentement M. Bol’oš u L. Bányaiová, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, N. von Lingen u A. Tokár aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: B. Ricziová, aġent)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ Nru COMP/F/39.396 — Reaġenti tal-karbur tal-kalċju u tal-manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), sa fejn issemmi lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti mill-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Novácke chemické závody a.s. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    (3)

    Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 267, 7.11.2009.


    Top