This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TA0320
Case T-320/09: Judgment of the General Court of 22 April 2015 — Planet v Commission (Protection of the financial interests of the Union — Early warning system (EWS) enabling identification of the level of risk associated with contractors — OLAF enquiry into the performance of a public contract concerning an institutional modernisation project in Syria — Decisions to activate W1a and W1b warnings — Legal basis — Fundamental rights — Obligation to state reasons)
Kawża T-320/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2015 – Planet vs Il-Kummissjoni [“Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Sistema ta’ Twissijiet Bikrija (EWS) li tippermetti li jiġi identifikat il-livell ta’ riskju assoċjat mal-entitajiet responsabbli mill-għoti ta’ kuntratti — Investigazzjoni tal-OLAF dwar l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt pubbliku fir-rigward ta’ proġett ta’ modernizzazzjoni istituzzjonali fis-Sirja — Deċiżjonijiet li jiġu attivati t-twissijiet W1a u W1b — Bażi legali — Drittijiet fundamentali — Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Information about publishing Official Journal not found, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/8 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2015 – Planet vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-320/09) (1)
([“Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Sistema ta’ Twissijiet Bikrija (EWS) li tippermetti li jiġi identifikat il-livell ta’ riskju assoċjat mal-entitajiet responsabbli mill-għoti ta’ kuntratti - Investigazzjoni tal-OLAF dwar l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt pubbliku fir-rigward ta’ proġett ta’ modernizzazzjoni istituzzjonali fis-Sirja - Deċiżjonijiet li jiġu attivati t-twissijiet W1a u W1b - Bażi legali - Drittijiet fundamentali - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2015/C 190/08)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u F. Dintilhac, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li permezz tagħhom intalbet ir-reġistrazzjoni tar-rikorrenti fis-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija (EWS), kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-attivazzjoni tat-twissijiet W1a, u sussegwentement, W1b.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li permezz tagħhom intalbet ir-reġistrazzjoni ta’ Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion fis-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija (EWS), kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-attivazzjoni tat-twissijiet W1a, u W1b fejn jikkonċerna lilha, huma annullati. |
2) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż. |