Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0228

    Kawża T-228/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ April 2011 — Unites States Polo Association vs UASI — Textiles CMG (U.S. POLO ASSN.) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali U.S. POLO ASSN. — Trade mark Komunitarja u nazzjonali verbali preċedenti POLO-POLO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

    ĠU C 160, 28.5.2011, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 160/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Unites States Polo Association vs UASI — Textiles CMG (U.S. POLO ASSN.)

    (Kawża T-228/09) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali U.S. POLO ASSN. - Trade mark Komunitarja u nazzjonali verbali preċedenti POLO-POLO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

    2011/C 160/26

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Unites States Polo Association (Lexington, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u T. Melchert, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Textiles CMG, SA (Onteniente, Spanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Marzu 2009 (Każ R 886/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Textiles CMG, SA u United States Polo Association.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    United States Polo Association hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 180, 01.08.2009.


    Top