Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0098

    Kawża T-98/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ April 2011 — Tubesca vs UASI — Tubos del Mediterráneo (T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A.) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A. — Trade marks nazzjonali verbali u internazzjonali figurattiva preċedenti TUBESCA — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

    ĠU C 160, 28.5.2011, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 160/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Tubesca vs UASI — Tubos del Mediterráneo (T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A.)

    (Kawża T-98/09) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A. - Trade marks nazzjonali verbali u internazzjonali figurattiva preċedenti TUBESCA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

    2011/C 160/23

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Tubesca (Ailly-sur-Noye, Franza) (rappreżentant: F. Greffe, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Tubos del Mediterráneo, SA (Sagunto, Spanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 518/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tubesca u Tubos del Mediterráneo, SA.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Tubesca hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 102, 1.05.2009.


    Top