Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0020

    Kawża T-20/09 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni vs Marcuccio ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjoni ta’ invalidità — Rikors iddikjarat parzjalment fondat fl-ewwel istanza minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata — Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal — Irtirar minħabba invalidità — Kumitat ta’ invalidità” )

    ĠU C 219, 23.7.2011, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 219/14


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni vs Marcuccio

    (Kawża T-20/09 P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni ta’ invalidità - Rikors iddikjarat parzjalment fondat fl-ewwel istanza minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata - Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Irtirar minħabba invalidità - Kumitat ta’ invalidità)

    2011/C 219/17

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Appellat: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-41/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    (1)

    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-41/06), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku annulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-30 ta’ Mejju 2005, dwar l-irtirar ta’ L. Marcuccio minħabba invalidità u dwar l-għoti lilu ta’ allowance ta’ invalidità, sa fejn ikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lil L. Marcuccio l-ammont ta’ EUR 3 000 u sa fejn huwa qassam l-ispejjeż skont l-annullament u l-kundanna msemmija (punti 1, 2, 4 u 5 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza).

    (2)

    Il-kawża hija rrinvijata lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

    (3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 55, 7.3.2009.


    Top