This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009FN0018
Case F-18/09: Action brought on 2 March 2009 — Merhzaoui v Council
Kawża F-18/09: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Marzu 2009 — Merhzaoui vs Il-Kunsill
Kawża F-18/09: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Marzu 2009 — Merhzaoui vs Il-Kunsill
ĠU C 113, 16.5.2009, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/46 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2009 — Merhzaoui vs Il-Kunsill
(Kawża F-18/09)
2009/C 113/96
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mohamed Merhzaoui (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avocats)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Min-naħa waħda, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat fil-fluss tal-karriera AST 1-7. Min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 2 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2008, kif ukoll tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali inqas meritevoli.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat, b’effett mill-1 ta’ Mejju 2006, fil-fluss tal-karriera AST 1-7; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 2 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, safejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali inqas meritevoli; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |