Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CO0029

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta' Lulju 2009.
    Daniela Marinova vs Université Libre de Bruxelles u il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Appell - Klawżola ta' kompromess.
    Kawża C-29/09 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:414





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Lulju 2009 – Marinova vs Université Libre de Bruxelles u Il-Kummissjoni

    (Kawża C‑29/09 P)

    “Appell – Kuntratt ta’ finanzjament Komunitarju ta’ proġett ta’ riċerka – Klawżola ta’ arbitraġġ – Rikors imressaq minn persuna li mhijiex parti f’dan il-kuntratt – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza”

    Appell - Aggravji - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 17, 20)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla), tal-5 ta’ Novembru 2008, Marinova vs Il-Kummissjoni u Université Libre de Bruxelles (T-213/08 u T-213/08 AJ), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex teżamina r-rikors ippreżentat minn D. Marinova abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ f’kuntratt ta’ finanzjament Komunitarju ta’ proġett ta’ riċerka konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Université libre de Bruxelles (ULB) - Obbligi li jirriżultaw minn kuntratt ta’ xogħol konkluż mir-rikorrenti mal-ULB fil-kuntest ta’ dan il-proġett ta’ riċerka - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    D. Marinova għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top