Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0321

    Kawża C-321/09 P: Appell ippreżentat fl- 10 ta’ Awissu 2009 mir-Repubblika Ellenika kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal- 11 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża T-33/07, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU C 244, 10.10.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 244/3


    Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awissu 2009 mir-Repubblika Ellenika kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża T-33/07, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-321/09 P)

    2009/C 244/05

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: I.Chalkias)

    Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tal-appellanti

    tilqa’ l-appell preżenti u l-aggravji invokati;

    tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza;

    tilqa’ parzjalment l-appell;

    tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti ssostni li:

    (1)

    il-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat u applikat ħażin il-priniċpju taċ-ċertezza legali, inkwantu hija qieset, fis-sentenza appellata, li l-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet kienet, bla dubju, partikolarment twila peress li bdiet fid-9 ta’ Novembru 1999, waqt l-ewwel investigazzjoni, u spiċċat fil-15 ta’ Diċembru 2006, il-ġurnata li fiha ġiet ippubblikata s-sentenza appellata, iżda madankollu kkunsidrat inġustament li din il-kontestazzjoni għandha titqiegħed fil-kuntest tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet tal-FAEGG u qieset li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali;

    (2)

    is-sentenza appellata tal-Qorti tal-Prim’Istanza fiha motivazzjoni żbaljata u kontradittorja inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza ammettiet b’mod ċar li l-Kummissjoni interpretat u applikat ħażin l-Artikolu 12(1)(a) tar-Regolament Nru 1201/89 u li l-motiv invokat mir-Repubblika Ellenika kien fondat u kellu jintlaqa’, iżda qieset li l-bażi tal-korrezzjoni finanzjarja ma kinitx, minħabba dan, ikkontestata.


    Top