Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0093

Kawża C-93/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fis- 6 ta’ Marzu 2009 — Hartmut Eifert vs Land Hessen

ĠU C 113, 16.5.2009, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Marzu 2009 — Hartmut Eifert vs Land Hessen

(Kawża C-93/09)

2009/C 113/46

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hartmut Eifert

Konvenuta: Land Hessen

Intervenjent: Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Domandi preliminari

1)

Il-punt 8b tal-Artikolu [42] u l-Artikolu 44a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, p. 1), introdotti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1437/2007, tas-26 ta’ Novembru 2007, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 322, p. 1), huma invalidi?

2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008, tat-18 ta’ Marzu 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 76, p. 28)

a)

huwa invalidu,

b)

jew validu biss minħabba l-invalidità tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54)?

Fil-każ li d-dispożizzjonijiet iċċitati fl-ewwel u fit-tieni domanda huma validi:

3)

it-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, p. 31), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-pubblikazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008, tat-18 ta’ Marzu 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), tista’ sseħħ biss jekk tkun ġiet preċeduta mill-proċedura prevista minn dan l-artikolu minflok in-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni?

4)

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, p. 31), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-pubblikazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008, tat-18 ta’ Marzu 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), tista’ sseħħ biss jekk titwettaq il-verifika minn qabel li d-dritt nazzjonali jistabbilixxi għal dan il-każ?

5)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda: l-Artikolu 20 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, p. 31), għandu jiġi interpretat fis-sens li verifika minn qabel mhijiex valida meta ssir fuq il-bażi ta’ reġistru, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) ta’ din l-istess direttiva, li ma jinkludix l-informazzjoni mandatorja kollha?

6)

L-Artikolu 7 — b’mod partikolari s-subparagrafu (e), f’dan il-każ, — tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, p. 31), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika ta’ reġistrazzjoni tal-indirizzi IP ta’ min jagħmel użu ta’ sit internet, mingħajr il-kunsens espress tagħhom?


Top