Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0005

    Kawża C-5/09: Rikors ippreżentat fit- 8 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    ĠU C 55, 7.3.2009, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/19


    Rikors ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-5/09)

    (2009/C 55/32)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u M. Karanasou-Apostolopoulou)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

    Talbiet tar-rikorrenti

    tikkonstata li, billi m'adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/68/KE (1) tal-Parlament Ewropew, tas-16 ta' Novembru 2005, dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE, jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

    tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva 2005/68/KE, tas-16 ta' Novembru 2005, skada fl-10 ta' Diċembru 2007.


    (1)  ĠU L 323 9.12.2005, p. 1.


    Top