Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0311

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-6 ta' Mejju 2010.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika tal-Polonja.
    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/105/KEE - Inklużjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa - Artikolu 6(1) - Lista tal-prodotti mediċinali approvati mis-sistema nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa li tistabbilixxi tliet kategoriji distinti mill-perspettiva tal-kundizzjonijiet għal rimbors - Terminu għall-adozzjoni ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-inklużjoni ta' prodott mediċinali fil-kategoriji ta' din il-lista li joffru l-iktar kundizzjonijiet għal rimbors vantaġġjużi .
    Kawża C-311/09.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2010:257





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Mejju 2010 – Il‑Kummissjoni vs Il-Polonja

    (Kawża C-311/09)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Taxxa – VAT – Trasport internazzjonali ta’ persuni – Taxxa b’rata fissa imposta fuq trasportaturi stabbiliti barra mit-territorju nazzjonali”

    1.                     Stati Membri - Obbligi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 18)

    2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Dritt ta’ azzjoni tal-Kummissjoni - Eżerċizzju diskrezzjonali (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 19)

    3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 31)

    4.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas - Oneru tal-Kummissjoni (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 34)

    5.                     Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Valur taxxabbli - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Obbligi tal-persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 73, 168 u 273) (ara l-punti 39 u d-dispożittiv)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat Membru li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 73, 168 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq it-trasportaturi stabbiliti barra mill-pajjiż il-ħlas ta’ VAT skont sistema ta’ taxxa b’rata fissa bbażata biss fuq in-numru ta’ passiġġieri ttrasportati fit-territorju nazzjonali u li ma tippermettix tnaqqis tat-taxxa imposta fl-istadju preċedenti.

    Dispożittiv

    1)         Bl-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud skont il-modalitajiet iddefiniti fl-Artikolu 35(1), (3), (4) u (5) tal-Kapitolu 13 tar-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi, tas-27 ta’ April 2004, dwar l-implementazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijet tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-prodotti u s-servizzi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 73, 168 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

    2)         Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top