Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0291

    Kawża C-291/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van kophandel Brussel — il-Belġju) — Francesco Guarnieri & Cie vs Vandevelde Eddy VOF ( “Moviment liberu tal-merkanzija — Artikolu 34 TFUE — Cautio judicatum solvi — Kumpannija rregolata mid-dritt ta’ Monako — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE” )

    ĠU C 160, 28.5.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 160/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van kophandel Brussel — il-Belġju) — Francesco Guarnieri & Cie vs Vandevelde Eddy VOF

    (Kawża C-291/09) (1)

    (Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 34 TFUE - Cautio judicatum solvi - Kumpannija rregolata mid-dritt ta’ Monako - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE)

    2011/C 160/04

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank van kophandel Brussel

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Francesco Guarnieri Cie

    Konvenut: Vandevelde Eddy VOF

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van Koophandel te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28 KE, 29 KE u 30KE — “Cautio judicatum solvi” Ksur tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam tal-moviment liberu tal-merkanzija?

    Dispożittiv

    L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi l-ħlas ta’ cautio judicatum solvi fuq rikkorrent ta’ nazzjonalità ta’ Monako li ressaq proċeduri ġudizzjarji quddiem waħda mill-qrati ċivili ta’ dan l-Istat kontra ċittadin ta’ dan l-istess Stat sabiex jikseb il-ħlas tal-kontijiet maħruġa għall-kunsinna ta’ merkanzija assimilata għal merkanzija Komunitarja, iżda li ma timponix tali rekwiżit fuq iċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru.


    (1)  ĠU C 267, 07.11.2009


    Top