Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TO0410

    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008.
    Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA) vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta’ prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza.
    Kawża T-410/08 R.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:502





    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Novembru 2008 – GEMA vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-410/08 R)

    “Proċeduri għal miżuri provviżorji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta’ prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

    1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - “Fumus boni juris” - Urġenza - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika (Artikoli 225(1) KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 22-25)

    2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 43, 44, 48, 71)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC), sa fejn hija kkonċernata r-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top