This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TO0319
Order of the General Court (Fifth Chamber) of 14 February 2012.#Salvatore Grasso v European Commission.#Action for annulment — Regulation (EC) No 530/2008 — Recovery plan for bluefin tuna — Setting of TACs for 2008 — Act of general application — Lack of individual concern — Inadmissible.#Case T‑319/08.
Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Frar 2012.
Salvatore Grasso vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 530/2008 — Irkupru tal-istokkijiet tat-tonn — Iffissar ta’ TAC għas-sena 2008 — Att ta’ portata ġenerali — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà.
Kawża T-319/08.
Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Frar 2012.
Salvatore Grasso vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 530/2008 — Irkupru tal-istokkijiet tat-tonn — Iffissar ta’ TAC għas-sena 2008 — Att ta’ portata ġenerali — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà.
Kawża T-319/08.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2012:71
Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Frar 2012 — Grasso vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-319/08)
“Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 530/2008 — Irkupru tal-istokkijiet tat-tonn — Iffissar ta’ TAC għas-sena 2008 — Att ta’ portata ġenerali — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Possibbiltà li rikors ippreżentat qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona jkun ibbażat fuq ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Assenza (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 16)
2. Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jistabbilixxi miżuri ta’ urġenza li jirrestrinġu s-sajd għat-tonn — Att ta’ portata ġenerali — Rikors ta’ proprjetarji ta’ bastimenti awtorizzati jistadu għat-tonn — Rikorrenti li ma humiex ikkonċernati individwalment — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008) (ara l-punti 18-23, 25-27)
3. Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interpretazzjoni contra legem tar-rekwiżit tal-interess individwali — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47) (ara l-punt 29)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45°W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9). |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |