Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TO0122

    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' April 2008.
    Lira Ċiprijota vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Proċeduri għal miżuri provviżorji - Avviż ta’ għoti ta’ kuntratt intiż li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku fit-tramuntana ta’ Ċipru - Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza.
    Kawża T-122/08 R.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:107





    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ April 2008 – Ċipru vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-122/08 R)

    “Proċeduri għal miżuri provviżorji – Avviż ta’ għoti ta’ kuntratt intiż li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku fit-tramuntana ta’ Ċipru – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

    Proċedura għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Argumenti essenzjalment identiċi għal dawk ippreżentati fil-kuntest ta’ kawża preċedenti – Riferiment għall-motivi tad-deċiżjoni preċedenti – Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 6 sa 7)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ avviż ta’ għoti ta’ kuntratt adottat mill-Kummissjoni u intiż li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku fit-tramuntana ta’ Ċipru dwar l-implementazzjoni ta’ unità ta’ tmexxija ta’ programm in sostenn ta’ l-implementazzjoni ta’ proġetti ta’ investiment fil-qasam ta’ l-ilma, ta’ l-ilma mormi u ta’ l-iskart solidu.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top